Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TAS-SAĦĦA

PR0017
Date Icon 06/01/2010

Għal darb’ oħra miċħuda qlajja’ tal-Oppożizzjoni

Għal darb’oħra s-Segretarjat Parlamentari tas-Saħħa jiċħad il-qlajjiet tal-Oppożizzjoni u tad-Deputat Mexxej Anġlu Farrugia.  L-istqarrija hi repetizzjoni ta’ qlajja’ infondata li ġiet miċħuda diġà diversi drabi fil-passat.  Is-Segretarjat tas-Saħħa jsostni li mhux veru li l-Gvern se jdaħħal xi ħlasijiet għas-servizzi tas-saħħa. 

Is-Segretarjat digà caħad din il-qlajja’ meta qaluha kelliema oħra tal-Oppożizzjoni, iżda d-Deputat Mexxej tal-Oppożizzjoni għażel li jerġa’ jirrepetiha. 

Fir-rigward tal-kura tal-Kanċer, il-Gvern nieda kullana ta’ inizjattivi li jorbtu flimkien fi pjan sħiħ u komplut biex verament intejbu s-servizzi tagħna għall-kura tal-kanċer.  Dan jidher specjalment fl-investiment sostanzjali fiċ-ċentru ġdid tal-Onkologija ġewwa l-isptar Mater Dei, kif wkoll it-tnedija ta’ Strategija Nazzjonali fuq il-Kanċer. 

Biex ikun hawn aktar prevenzjoni, is-sena l-oħra l-Gvern fetaħ Ċentru Nazzjonali għall-Breast Screening ġewwa x-xatt ta’ Lascaris.  L-ispiża biex ġie rranġat u armat iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Breast Screening kienet ta’ 1.6 miljun ewro.  Ta’ kull sena se jintefqu madwar nofs miljun ewro biex jitħaddem għall-benefiċċju tan-nisa Maltin u Għawdxin.  Dan hu servizz li wkoll jingħata bla ħlas, u għalhekk ixejjen il-qlajjiet tal-Oppożizzjoni. 

L-Oppożizzjoni flok tkun serja u tikkontribwixxi fid-diskussjoni biex jitjiebu s-servizzi tas-saħħa qed tagħżel li tipprova tallarma lill-pazjenti b’kapriċċ, kif għamlet drabi oħra.  Flok l-interess tal-pazjenti u ta’ saħħithom l-Oppożizzjoni qed tipprova tara kif permezz ta’ qlajjiet u gideb, tikseb gwadann partiġġjan.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow