Left arrow Mur Lura

GĦAJNUNA SOSTANZJALI MILL-GVERN LILL-KUNSILLI LOKALI BIEX IWETTQU XOGĦOLIJIET FUQ TOROQ RESIDENZJALI

PR0016
Date Icon 06/01/2010

Is-sena 2009 kienet l-ewwel sena fejn il-fondi allokati lill-kunsilli lokali biex jintużaw għat-toroq ġew ringfenced u r-riżultat ta’ dan kien investiment ta’ €4.8 miljun li permezz tagħhom saru mill-ġdid aktar minn 160 triq residenzjali madwar Malta u Għawdex. Għas-sena 2010 dan l-ammont se jitla’ għal €5.2 miljun u permezz ta’ dan il-fond hu stmat li jsiru madwar 170 triq oħra madwar Malta u Għawdex.

Din l-informazzjoni ingħatat mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said waqt żjara li għamel fuq xogħlijiet li qed iwettaq il-kunsill lokali ta’ Ħal Qormi fuq numru ta’ toroq fil-lokalità.

Dan il-proġett ikopri kemm toroq residenzjali u kif ukoll toroq f’żona kummerċjali. Ix-xogħol kollu huwa stmat li se jiġi jiswa madwar €172,000 u permezz tiegħu l-kunsill se jkun lesta 85% tat-toroq kollha tal-lokalità.

Ix-xogħlijiet li qed isiru fit-toroq residenzjali Marċell Attard Vagnolo, Dun Ġorġ Fenech, Nikol Montebello u t-toroq kummerċjali Għar-Ram u Imdina Service Road, jinkludu wkoll il-bini ta’ bankini ġodda fejn il-kunsill lokali bbenefika minn kważi €23,000 mill-Urban Improvement Fund (UIF).

Preżentament l-UIF qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-kunsilli lokali €2.8 miljuni u s-Segretarju Parlamentari Chris Said ħeġġeġ lill-kunsilli lokali sabiex jagħmlu użu minn dan il-fond billi jwettqu proġetti għall-benefiċċju tar-residenti.

Fejn jidħlu xogħlijiet fuq toroq, din is-sena l-Gvern emenda l-liġi tal-kunsilli lokali u introduċa fond ta’ miljun Euro li se jgħin lill-kunsilli lokali jidħlu f’public private partnerships ma’ kuntratturi privati. Permezz ta’ dawn il-public private partnerships, il-kuntratturi privati mhux biss iwettqu xogħlijiet fuq toroq residenzjali, iżda jibqgħu responsabbli għall-manutenzjoni tagħhom għal għaxar snin.

Is-Segretarju Parlamentari Said qal li huwa maħsub li permezz ta’ dan il-fond, il-kunsilli se jwettqu bejn €8 miljun u €10 miljun f’xogħlijiet fuq toroq residenzjali. Dawn ix-xogħlijiet ma jinkludux dak ix-xogħol li se jsir permezz tal-fondi allokati direttament, jiġifieri €5.2 miljun għas-sena 2010.

Dr. Chris Said tkellem ukoll dwar l-iskema ta’ fondi speċjali għall-enerġija effiċjenti li minnha fl-2009 ibbenefikaw 44 lokalità. Din l-iskema, li qed terġa’ tigi ntrodotta din is-sena, tinkoraġġixxi lill-kunsilli lokali sabiex jużaw enerġija alternattiva permezz ta’ inizjattivi bħal: stallazzjoni ta’ pannelli solari u fotovoltajċi, energy saving lights fit-toroq u postijiet pubbliċi, u inizjattivi oħra simili.

F’dan ir-rigward, f’dawn il-ġranet, il-kunsill lokali ta’ Ħal Qormi se jibda xogħol ta’ tqegħid ta’ pannelli fotovoltajċi fuq l-uffiċċji tal-kunsill lokali stess, li jħaddnu fihom Day Centre tal-anzjani. Dan il-proġett, li se jiswa madwar €20,000, kien wieħed minn dawk il-proġetti li bbenefikaw mill-iskema tal-Energija Effiċjenti mnedija mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow