AKTAR FONDI U INIZJATTIVI FAVUR IT-TURIZMU
Il-Gvern matul din is-sena qiegħed ikompli jżid l-investiment fit-turiżmu billi qiegћed iżid il-fondi biex aktar ajruplani, inklużi dawk low cost, itiru lejn Malta u b’hekk tiżdied l-aċċessibbiltà lejn pajjizna. Qed izid il-fondi biex jiżdied ir-reklamar barra minn pajjiżna u qed jagћti aktar finanzi biex jitjieb il-prodott turistiku f’Malta u f’Gћawdex. Il-Gvern qed jinvesti fit-turizmu d-doppju ta’ dak li kien jigi investit gћaxar snin ilu. Il-Gvern qiegћed iwettaq dan l-investiment u joћloq skemi godda fit-turiżmu biex Malta tibqa’ kompetittiva.
Il-kontribut ta’ 50 ċentezmu gћal kull lejl li turist jagћmel f’Malta hu wiehed minimu, paragunat ma’ dak li jigi investit fit-turiżmu mit-taxxi li jinġabru. Turist li jiġi f’Malta gћal ġimgћa jkun qiegћed joћroġ €3.50 aktar tul il-vaganza kollha permezz ta’ din il-kontribuzzjoni. Kontribuzzjoni simili teżisti f’pajjiżi oћra.
Fl-aћћar xhur il-Gvern, minbarra li żied il-fondi, ћa inizjattivi biex isaћћaћ l-industrija tat-turiżmu, inkluż b’gћajnuna lis-settur privat:
nieda skema ta’ sussidju tal-imgħax fuq self minn lukandi li jwettqu proġetti ta’
tisbiħ jew ta’ tkabbir, b’total ta’ €3 miljuni fuq medda ta’ 10 snin;
nieda skema ta’ €300,000 ta’ sussidju bħala għajnuna lis-settur pubbliku u parastatali
sabiex jinġiebu konferenzi lejn Malta. S’issa din l-iskema se tkun qed iġġib Malta 13-il konferenza li se jissarrfu f’total ta’ kważi 30,000 bed night;
nieda skema ta’ €500,000 ta’ għajnuna lill-industrija tat-turizmu billi l-Gvern
jirdoppja l-ammont ta’ flus minfuqa f’reklamar magħmul mis-settur privat. Madwar 25 operatur diġà għamlu użu minn din l-iskema;
nieda skema ta’ €250,000 sabiex tgħin għaqdiet sportivi jorganizzaw konferenzi, tournaments, kompetizzjonijiet u training camps internazzjonali f’Malta, liema skema se tkun iġġenerat madwar 22,000 bed night;
nieda skema ta’ €10 miljuni bħala għajnuna lis-settur privat fil-ħolqien ta’ proġetti ta’ innovazzjoni u sostenibbiltà fil-qasam tat-turiżmu;
nieda skema ta’ aktar minn €275,000 sabiex jgħin 49 Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex fl-organizzazzjoni ta’ 56 attività, li jservu wkoll bhala attrazzjoni turistika u jiżdiedu aktar l-attivitajiet f’Malta u f’Ghawdex;
iddiskuta mal-Banek kummerċjali u kiseb moratorju sa perjodu ta’ 12-il xahar fuq ħlasijiet ta’ kapital fuq self li jkollhom lukandiera.
Fil-baġit gћal din is-sena l-Gvern ћabbar ukoll żewġ inizjattivi li minnhom jistgћu jibbenefikaw l-operaturi fit-turizmu. Dawn huma l-iskema li biha minn jimmodernizza jew jagћmel xogћol ieћor ta’ tisbiћ tan-negozju jew ћanut tiegћu jingћata 40% tal-investiment tiegћu lura billi jitnaqqsu mit-taxxa kif ukoll l-iskema ta’ self gћall-investiment b’rati tal-imgћax vantaġġjużi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990