Left arrow Go Back

AKTAR FONDI U INIZJATTIVI FAVUR IT-TURIZMU

PR0014
Date Icon 05/01/2010

Il-Gvern matul din is-sena qiegħed ikompli jżid l-investiment fit-turiżmu billi qiegћed iżid il-fondi biex aktar ajruplani, inklużi dawk low cost, itiru lejn Malta u b’hekk tiżdied l-aċċessibbiltà lejn pajjizna. Qed izid il-fondi biex jiżdied ir-reklamar barra minn pajjiżna u qed jagћti aktar finanzi biex jitjieb il-prodott turistiku f’Malta u f’Gћawdex.  Il-Gvern qed jinvesti fit-turizmu d-doppju ta’ dak li kien jigi investit gћaxar snin ilu.  Il-Gvern qiegћed iwettaq dan l-investiment u joћloq skemi godda fit-turiżmu biex Malta tibqa’ kompetittiva.   

Il-kontribut ta’ 50 ċentezmu gћal kull lejl li turist jagћmel f’Malta hu wiehed minimu, paragunat ma’ dak li jigi investit fit-turiżmu mit-taxxi li jinġabru. Turist li jiġi f’Malta gћal ġimgћa jkun qiegћed joћroġ €3.50 aktar tul il-vaganza kollha permezz ta’ din il-kontribuzzjoni.  Kontribuzzjoni simili teżisti f’pajjiżi oћra. 

Fl-aћћar xhur il-Gvern, minbarra li żied il-fondi, ћa inizjattivi biex isaћћaћ l-industrija tat-turiżmu, inkluż b’gћajnuna lis-settur privat: 

nieda skema ta’ sussidju tal-imgħax fuq self minn lukandi li jwettqu proġetti ta’

tisbiħ jew ta’ tkabbir, b’total ta’ €3 miljuni fuq medda ta’ 10 snin; 

nieda skema ta’ €300,000 ta’ sussidju bħala għajnuna lis-settur pubbliku u parastatali

sabiex jinġiebu konferenzi lejn Malta. S’issa din l-iskema se tkun qed iġġib Malta 13-il konferenza li se jissarrfu f’total ta’ kważi 30,000 bed night; 

nieda skema ta’ €500,000 ta’ għajnuna lill-industrija tat-turizmu billi l-Gvern

jirdoppja l-ammont ta’ flus minfuqa f’reklamar magħmul mis-settur privat. Madwar 25 operatur diġà għamlu użu minn din l-iskema; 

nieda skema ta’ €250,000 sabiex tgħin għaqdiet sportivi jorganizzaw konferenzi, tournaments, kompetizzjonijiet u training camps internazzjonali f’Malta, liema skema se tkun iġġenerat madwar 22,000 bed night;

nieda skema ta’ €10 miljuni bħala għajnuna lis-settur privat fil-ħolqien ta’ proġetti ta’ innovazzjoni u sostenibbiltà fil-qasam tat-turiżmu; 

nieda skema ta’ aktar minn €275,000 sabiex jgħin 49 Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex fl-organizzazzjoni ta’ 56 attività, li jservu wkoll bhala attrazzjoni turistika u jiżdiedu aktar l-attivitajiet f’Malta u f’Ghawdex; 

iddiskuta mal-Banek kummerċjali u kiseb moratorju sa perjodu ta’ 12-il xahar fuq ħlasijiet ta’ kapital fuq self li jkollhom lukandiera. 

Fil-baġit gћal din is-sena l-Gvern ћabbar ukoll żewġ inizjattivi li minnhom jistgћu jibbenefikaw l-operaturi fit-turizmu. Dawn huma l-iskema li biha minn jimmodernizza jew jagћmel xogћol ieћor ta’ tisbiћ tan-negozju jew ћanut tiegћu jingћata 40% tal-investiment tiegћu lura billi jitnaqqsu mit-taxxa kif ukoll l-iskema ta’ self gћall-investiment b’rati tal-imgћax vantaġġjużi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow