ESTIŻ IS-SERVIZZ TAL-AMBULANZA GĦALL-ANNIMALI.
pr2257
31/12/2009
| Hekk kif | illum jintemm l-proġett pilota tas-servizz tal-ambulanza tal-annimali, b’effett mill-ewwel ta’ Jannar 2010 dan is-servizz se jiġi estiż u offrut b’mod aktar estensiv 24 siegħa kuljum, Ħdud u festi inklużi, mid-Dipartiment għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. |
| Dan id-Direttorat dan l-aħħar xhur issaħħaħ | billi żied il-vetturi tiegħu flimkien mar-riżorsi umani sabiex issa jkun jista’ jibda jopera dan is-servizz bi sħab mal-NGOs li se jkunu qegħdin jospitaw l-annimali li jinġabru. |
| Dan is-servizz tul dawn l-aħħar xhur kien qed | ikun operat minn Noah’s Ark. Il-Gvern kien qed jiffinanzja dan is-servizz temporanju b’kuntratt għal sitt xhur b’valur ta’ €15,000 filwaqt li kien xtara ambulanza sabiex ikun jista’ jitħaddem dan is-servizz kif jixraq sabiex jiġu mħarsa l-annimali. Tul dawn l-aħħar xhur kien hemm aktar minn 2,000 intervent ta’ salvataġġ kemm mis-servizz tal-ambulanza kif ukoll mill-ħaddiema tad-Dipartiment għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-klieb u l-qtates kollha li nġabru ġew neutered kif ukoll microchipped. Dan il-programm ta’ neutering u microchipping, kemm ilu mwaqqaf dan id-Direttorat, diġà ġie implimentat fuq madwar 3,500 kelb u qattus. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali | jixtieq jirringrazzja lil-Noah’s Ark li għal dawn l-aħħar xhur kienu qed imexxu dan is-servizz bil-kollaborazzjoni tal-Korp tal-Pulizija u d-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. |
| Dan is-servizz tal-operat tal-ambulanza se jkun | qed ikompli jipprepara lid-Dipartiment sabiex fix-xhur li ġejjin jibda jopera ċ-ċentru għall-ħarsien tal-annimali f’Ta’ Qali. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali | jirringrazzja lil dawk il-volontiera kollha li jaħdmu f’NGO li tħares l-annimali. Filwaqt li l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jinkoraġixxi lill-familji sabiex jaddottaw annimali mis-santwarji, jappella sabiex f’dawn il-ġranet ta’ festi ħadd ma jagħti annimali bħala rigal. |
| Għall-ambulanza tal-annimali wieħed għandu | jċempel fuq in-numru 21224001. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990