IL-KUNSILL LOKALI TAL-ĦAMRUN L-EWWEL LI REBAĦ IL-GOLDEN STARS AWARD TAL-UNJONI EWROPEA
pr2254
30/12/2009
| Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun sar l-ewwel | Kunsill Lokali Malti li rebaħ il-Golden Stars Award tal-programm tal-Unjoni Ewropea ‘Ċittadini għall-Ewropa’. Il-Ħamrun ipparteċipa bil-proġett ‘Minn Carpineto Romano għall-Ħamrun - Ewropa waħda’, li ġie mfaħħar bħala l-aħjar wieħed minn Malta u l-aħjar flimkien ma’ tliet pajjiżi oħra tal-UE. |
| Illum l-Onor Chris Said, Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario De Marco iltaqgħu mal-membri tal-Kunsill biex jifirħulhom għal dan l-unur prestiġġjuż. |
| Il-Kummissjoni Ewropea tagħti dan l-unur | speċjali bħala rikonoxximent għal proġetti ta’ suċċess u li ħallew impatt tajjeb fil-qasam taċ-ċittadinanza Ewropea. Dan l-unur hu ppremjat mill-Kummissjoni Ewropea lil organizzazzjonijiet lokali u reġjonali għall-impenn tagħhom, biex itejbu u jiżviluppaw aspetti soċjali u kulturali fil-komunita`. |
| Il-Ħamrun rebaħ bil-proġett tiegħu ta’ | ġemellaġġ ma’ Carpineto Romano fl-Italja, proġett li twettaq f’Mejju li għadda b’attivita` li ttellgħet għall-ewwel darba f’Malta – il-festival tal-Palio della Carriera fit-toroq tal-Ħamrun, avveniment li tradizzjonalment jittella f’Carpineto Romano, villaġġ fil-Lvant ta’ Ruma. Dan il-festival jinkludi parati b’personaġġi lebsin il-kostum tal-epoka, logħob bil-bnadar akkumpanjat minn daqq ta’ tnabar u trumbetti, mużika folkloristika, ikliet u tiġrijiet tal-Palio biż-żwiemel. L-attivitajiet organizzati matul il-laqgħat ta’ ġemellaġġ, ipprovdew opportunità biex jintwera kif wirt storiku u għeruq kulturali komuni jistgħu joħolqu esperjenza ta’ identità komuni. |
| L-Onor. Chris Said faħħar lill-Kunsill Lokali | tal-Ħamrun għal dan l-akkwist importanti li mhux biss huwa unur għall-Ħamrun imma unur għall-pajjiż kollu. Il-Kummissjoni Ewropea għażlet tmien ġemellaġġi minn fost mijiet li saru fl-2009 bħala eżempji ta’ prattiċi tajba u li ġabu ċ-ċittadini ta’ bliet u rħula minn pajjiżi differenti aktar qrib xulxin. |
| Is-Segretarju Parlamentari Said fisser kif | f’Malta, l-ġemellaġġi bdew fl-1994 u llum għandna aktar minn tmenin ġemellaġġ formali b’aktar minn 90% jkunu minn lokalitajiet Maltin ma’ lokalitajiet f’pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Hu enfasizza l-importanza li l-ġemellaġġi jwasslu biex jibbenefikaw iċ-ċittadini u mhux jibqgħu ftehim bejn l-amministraturi taż-żewġ lokalitajiet. Huwa propju għalhekk li l-ġemellaġġ bejn il-Ħamrun u Carpineto Romano ngħata dan l-unur għaliex fih ġew involuti erbatax-il għaqda volontarja mill-Ħamrun, qal Chris Said. |
| Chris Said spjega kif fl-2009 l-ġemellaġġi | ta’ lokalitajiet f’Malta u Għawdex ġew regolati permezz ta’ Avviż Legali dwar il-ġemellaġġi. L-iskop prinċipali huwa kif il-ġemellaġġi jservu verament ta’ benefiċċju għar-residenti u li l-istess ġemellaġġi mhux jiġu finalizzati u jieqfu hemm, iżda jinżammu ħajjin permezz ta’ diversi inizjattivi. L-istess Avviż Legali jgħin lill-Kunsilli Lokali sabiex jiksbu fondi mill-Unjoni Ewropea permezz tal-‘Europe for Citizens’ li huwa intiż biex jgħin il-ġemellaġġi. |
| Matul l-2009, 11-il Kunsill Lokali ħadu fondi | mill-Unjoni Ewropea biex jiffinalizzaw ġemellaġ. Fost dawn hemm il-Ħamrun u din il-ġimgħa stess tliet Kunsilli Lokali oħra – l-Imġarr, Ta’ Xbiex u l-Għarb –kellhom l-applikazzjoni tagħhom aċċettata. |
| Is-Segretarju Parlamentari Said qal li | għall-2010 qed isir pjan biex ikun hemm promozzjoni ta’ Malta u Għawdex fost ir-residenti tal-lokalitajiet barranin ġemellati ma’ lokalitajiet Maltin. Issemma l-eżempju tal-Mellieħa, li rreklamat lil Malta u l-Mellieħa f’260,000 residenza f’Ċipru permezz tal-ġemellaġġ. |
| Dr. Chris Said stqarr ukoll li beda x-xogħol | għall-proposta biex għall-ewwel darba jsir festival tal-ġemellaġġi fejn jiġu mistiedna artisti mil-lokalitajiet kollha ġemellati fl-istess żmien f’Malta. |
| L-Onor. Mario De Marco għalaq l-attività | billi għamel aċċenn għall-importanza tat-turiżmu fil-lokalitajiet ta’ Malta kollha u mhux biss f’dawk iż-żoni kkunsidrati bħala żoni turistiċi, għax kull villaġġ għandu l-potenzjal turistiku permezz tal-awtentiċità u l-esperjenzi differenti li joffri. |
| Dr De Marco spjega kif biex jintlaħaq dan | il-għan, l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien mad-Direttorat għall-Gvern Lokali qed jagħtu l-għajnuna finanzjarja biex matul l-2010 jsiru 56 attività mifruxa f’aktar minn 40 lokalità. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990