Left arrow Go Back

SENA REKORD GĦAL KUNTATTI MAL-AMBAXXATI MALTIN BARRA MINN MALTA

pr2252
Date Icon 30/12/2009
Matul din is-sena, l-Ministeru tal-AffarijietBarranin kompla jwettaq il-ħidma tiegħu sabiex ikun iktar qrib il-Maltin, mhux biss dawk li jgħixu Malta iżda wkoll dawk li qegħdin barra minn xtutna.
Din is-sena kienet waħda rekordgħall-kuntatti li rċevew l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta. Iċ-ċifra rekord telgħet għal ftit inqas minn 20,000 kuntatt, żieda qawwija fuq dik tas-sena l-oħra li kienet madwar 7,000 kuntatt. Din iż-żieda kienet l-iktar attribwita għal fatt li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-aħħar sena u nofs għamel enfażi kbira fuq il-ħidma tal-Ambaxxati, u n-nies fehmu iktar l-importanza tar-rwol li għandhom l-ambaxxati u l-konsolati Maltin.
Ħidma importanti li twettqet din is-senaf’dan ir-rigward kienet dik tal-pubblikazzjoni tal-manwal ta’ gwida ‘Qabel Issiefer’ li permezz tiegħu l-Ministeru ġabar fi ktejjeb l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-pubbliku rigward id-diversi servizzi li joffri dan il-Ministeru speċjalment fejn tidħol l-għajnuna konsolari. Dan il-manwal li ġie ppubblikat bil-Malti u bl-Ingliż tqassmu minnu ‘l fuq minn 30,000 kopja.
Fost ix-xogħol ta’ din is-sena, minbarral-ħidma tal-Ambaxxati, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Tonio Borg wettaq ‘il fuq minn 30 żjara uffiċjali barra minn Malta fuq ħidma ntensiva sabiex il-politika barranija ta’ Malta tkompli titkattar. Terz ta’ dawn iż-żjarat saru barra mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fosthom fil-Lvant Nofsani, fil-pajjiżi Għarab, l-Istati Uniti u l-Awstralja, filwaqt li l-kumplament taż-żjarat kienu jinvolvu pajjiżi Ewropej.
Fost iż-żjarat importanti li sarumill-Ministru Tonio Borg kien hemm iż-żjarat f’Ġunju f’Tel Aviv u f’Ramallah fejn ġew inawgurati l-Ambaxxata Maltija f’Iżrael u r-Rappreżentanza Diplomatika f’Ramallah. Il-Viċi Prim Ministru żar ukoll tliet pajjiżi oħra mil-lvant nofsani: il-Libanu, is-Sirja u l-Ġordan.
Okkażjonijiet oħra ta’ importanza matul dinis-sena kienu iż-żewġ delegazzjonijiet kummerċjali li marru fil-Polonja u fil-Qatar. Fl-ewwel waħda kien hemm parteċipazzjoni rekord ta’ madwar 60 negozjant li akkumpanjaw lill-Viċi Prim Ministru Tonio Borg li min-naħa tiegħu kien qed jakkumpanja lill-President ta’ Malta fuq żjara statali. Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg iffirma sitt ftehim bilaterali bejn Malta u l-Qatar waqt żjara statali oħra li ghamel il-President George Abela fil-Qatar matul dan is-sajf, u li matulha, ħadet sehem ukoll delegazzjoni kummerċjali.
Intant, il-Ministeru jwettaq ukoll ħidmaimportanti fiż-żjarat ta’ dinjitarji barranin f’Malta. Matul l-2009, ir-rwol tad-Direttorat tal-Protokoll u s-Servizzi Konsolari fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kien strumentali biex jgħin f’45 żjara uffiċjali, li kienet tinkludi fost oħrajn iż-żjara tar-Re ta’ Spanja u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth. Dawn iż-żjarat oriġinaw minn aktar minn 25 pajjiż differenti, kif ukoll żjarat minn 3 Viċi-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea u 4 Kummissarji Ewropej oħra.
Minbarra l-assistenza tal-Ambaxxati uKonsulati Maltin mxerda mad-dinja kollha, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin nieda diversi inizjattivi sabiex ikompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali ma’ bosta pajjiżi. Ta’ min isemmi wkoll il-ħidma tal-Ministeru biex ikompli jwitti t-triq għal dawk li jixtiequ jinvestu kemm f’Malta kif ukoll barra minn pajjiżna. Għal dan il-għan ta’ min isemmi fost l-oħrajn l-iffirmar ta’ 10 ftehim ta’ ħelsien mit-tassazzjoni doppja ffirmati matul din is-sena, li jammontaw għal madwar 14-il ftehim simili matul din il-leġislatura.
Din is-sena kienet waħda impenjattiva fuq l-organizzazzjonita’ avvenimenti importanti fosthom il-ftuħ tal-Uffiċċju ta’ Koordinament bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Lega Għarbija li nfetaħ fl-ewwel gimgħat ta’ Ottubru. Il-ftuħ ta’ dan l-Uffiċċju ta pubbliċita’ tajba lil Malta speċjalment bil-preżenza tal-Kummissarju Ewropew Benita Ferrero Waldner u tas-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija Amre Moussa.
Suċċess ieħor għall-pajjiżna, u li għalihil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħadem bis-sħiħ, huwa li pajjiżna ntagħżel mill-Istati Membri Ewropej sabiex jospita l-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn dwar l-Ażil. Malta kienet fost 3 pajjiżi li wrew interess li jospitaw dan l-uffiċċju flimkien mal-Bulgarija u ma’ Ċipru. Malta għamlet l-aħjar użu mill-kuntatti diplomatiċi tagħha, fosthom l-Ambaxxati u l-Konsolati Maltin li ħadmu bis-sħiħ għal din il-kisba. Kien strumentali wkoll ir-rwol tar-Rappreżentant Permanenti għall-Malta fl-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana li kien il-koordinatur ta’ din il-ħidma.
Din is-sena, f’Malta ġiet organizzata wkollil-Konferenza tal-Konsli Onorarji li jirrappreżentaw lill-pajjiżna barra minn xtutna. F’Marzu l-Ministeru laqqa’ madwar tmenin Konslu Onorarju u negozjanti Maltin fejn ġew organizzati aktar minn erba’ mitt appuntament bil-għan li jiġu identifikati swieq partikolari. Matul is-sajf saret il-Laqgħa Annwali tal-Ambaxxaturi Maltin barra minn Malta. Fiha l-Viċi Prim Ministru Tonio Borg ta direzzjoni ċara li dawn għandhom iservu ta’ vetrina għall-Malta fil-qasam tal-investiment u t-turiżmu.

Aktar tagħrif dwar il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-ħidmiet tiegħu, kif ukoll informazzjoni dwar l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta, jista’ jinkiseb mis-sit tal-Ministeru, www.foreign.gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow