AVVIŻ MID-DIPARTIMENT GĦALL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U PREVENZJONI TA’ MARD
pr2250
30/12/2009
| Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u | Prevenzjoni ta’ Mard jixtieq jerga’ jfakkar lill-poplu Malti dwar il-messaġġ biex jiġu evitati incidenti tat-traffiku minħabba sewqan irresponsabbli min-nies taħt l-effett tal-alkoħol. Id-Dipartiment jawgura li kulħadd ikun responsabbli fil-konsum tal-alkoħol. Biex wieħed jiddeverti, m’hemmx bżonn li jikkonsma alkoħol bla rażan. Jista’, anzi għandu jara kif ser inaqqas l-konsum tal-alkoħol dejjem, u mhux f’dawn il-festi biss. |
| Iżda fuq kollox, għandu jippjana u jaħseb | minn qabel min ser isuq lura d-dar. Il-parir tad-Dipartiment dejjem kien u jibqa’, li jkun hemm membru tal-familja, jew wieħed mill-klikka tal-ħbieb, li ma jixrobx u jsuq hu. Dan l-individwu jkun il-veru ħabib għax jista’ jkun li jsalva l-ħajja ta’ kulħadd. |
| Jistgħu wkoll jintużaw mezzi oħra tat-trasport, | bħat-trasport pubbliku, taxis u minibuses li qegħdin hemmhekk biex jagħtu servizz meta l-aktar għandna bżonnu. Is-servizz qiegħed hemm u għandu jsir l-aħjar użu minnu. |
| Il-festi għandna u nistgħu ngawduhom bl-aktar | mod san billi nibżgħu għalina nfusna u għal xulxin; u nkunu responsabbli f’dak kollu li nagħmlu. |
| Id-Dipartment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u | Prevenzjoni ta’ Mard jixtieq jawgura s-sena t-tajba lil kulħadd mimlija hena u saħħa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990