Left arrow Mur Lura

Città Magica fil-Belt Valletta nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar

pr2247
Date Icon 29/12/2009
Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu ul-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) se jorganizzaw Città Magica fil-Belt Valletta nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2010 bejn nofsinhar u nofsilejl b’intrateniment u attivitajiet f’diversi partijiet tal-Belt Valletta. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu l-Onor. Mario de Marco f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fi Pjazza San Ġorġ, li se tkun waħda mill-pjazez ewlenin fejn se jittellgħu dawn l-attivitajiet.
Drde Marco saħaq fuq l-importanza li jsiru attivitajiet simili għat-turiżmu tagħna, fejn fi żmien fejn il-qasam turistiku qiegħed jintlaqat b’effett tal-kriżi internazzjonali, qed inkunu innovattivi sabiex inkomplu noħolqu interess f’pajjiżna bħala destinazzjoni turistika.
Huwaqal li l-istrateġija tal-Gvern hija dik li jsiru diversi avvenimenti li jvarjaw minn dawk fuq skala nazzjonali bħal Isle of MTV u l-Fireworks Festival, għal dawk fuq skala lokali imma b’impatt nazzjonali u turistiku, bħalma huma l-Festival Medjevali fl-Imdina u din ic-Città Magica fil-Belt Valletta, fejn dawn l-avvimenti huma importanti, mhux biss għalina l-Maltin, imma anke wkoll għat-turiżmu. Kien għal dan il-għan li permezz ta’ skema ta’ €277,000 immirata għall-Kunsilli Lokali, il-Gvern se jkun qed jassisti 49 Kunsill Lokali fl-organizzazzjoni ta’ 56 attività b’element turistiku.
Is-Segretarju Parlamentari qal li ċ-CittàMagica li qed titnied illum, tidħol tajjeb ferm ma’ din l-istrateġija sabiex fi żmien tas-sena meqjus bħala ‘kwiet’ noħolqu attività li qed tiffoka fuq il-Belt Valletta bħala post tal-intrateniment, shopping, ikel u xorb, mużika u attivitajiet kulturali.
Huwatemm billi appella lill-poplu Malti u lit-turisti sabiex jattendu bi ħġarhom u rringrazzja lill-parteċipanti kollha tal-kollaborazzjoni tagħhom, b’mod speċjali lil dawk li taw l-għajnuna tagħhom fl-organizzazzjoni fosthom il-Kunsill Lokali Valletta, il-Fondazzjoni Valletta Alive, Heritage Malta u l-komunità kummerċjali tal-Belt (GRTU).
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow