Città Magica fil-Belt Valletta nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar
pr2247
29/12/2009
| Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu u | l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) se jorganizzaw Città Magica fil-Belt Valletta nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2010 bejn nofsinhar u nofsilejl b’intrateniment u attivitajiet f’diversi partijiet tal-Belt Valletta. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu l-Onor. Mario de Marco f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fi Pjazza San Ġorġ, li se tkun waħda mill-pjazez ewlenin fejn se jittellgħu dawn l-attivitajiet. |
| Dr | de Marco saħaq fuq l-importanza li jsiru attivitajiet simili għat-turiżmu tagħna, fejn fi żmien fejn il-qasam turistiku qiegħed jintlaqat b’effett tal-kriżi internazzjonali, qed inkunu innovattivi sabiex inkomplu noħolqu interess f’pajjiżna bħala destinazzjoni turistika. |
| Huwa | qal li l-istrateġija tal-Gvern hija dik li jsiru diversi avvenimenti li jvarjaw minn dawk fuq skala nazzjonali bħal Isle of MTV u l-Fireworks Festival, għal dawk fuq skala lokali imma b’impatt nazzjonali u turistiku, bħalma huma l-Festival Medjevali fl-Imdina u din ic-Città Magica fil-Belt Valletta, fejn dawn l-avvimenti huma importanti, mhux biss għalina l-Maltin, imma anke wkoll għat-turiżmu. Kien għal dan il-għan li permezz ta’ skema ta’ €277,000 immirata għall-Kunsilli Lokali, il-Gvern se jkun qed jassisti 49 Kunsill Lokali fl-organizzazzjoni ta’ 56 attività b’element turistiku. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li ċ-Città | Magica li qed titnied illum, tidħol tajjeb ferm ma’ din l-istrateġija sabiex fi żmien tas-sena meqjus bħala ‘kwiet’ noħolqu attività li qed tiffoka fuq il-Belt Valletta bħala post tal-intrateniment, shopping, ikel u xorb, mużika u attivitajiet kulturali. |
| Huwa | temm billi appella lill-poplu Malti u lit-turisti sabiex jattendu bi ħġarhom u rringrazzja lill-parteċipanti kollha tal-kollaborazzjoni tagħhom, b’mod speċjali lil dawk li taw l-għajnuna tagħhom fl-organizzazzjoni fosthom il-Kunsill Lokali Valletta, il-Fondazzjoni Valletta Alive, Heritage Malta u l-komunità kummerċjali tal-Belt (GRTU). |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990