STQARRIJA TAL- MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT B’ Reazzjoni gћall-Istqarrija tal-Kelliem tal-Oppozizzjoni gћall-Finanzi, L-Onorevoli Charles Mangion
pr2239
28/12/2009
| L-2009 – sena ta’ | deċiżjonijiet gћaqlin fl-interess tal-postijiet tax-xogћol |
| Is-sena li | waslet biex tintemm karaterizzata minn Gvern jaћdem u jinvesti biex pajjiżna jegћleb l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali u Oppożizzjoni li tinnega r-realtà, tilgћab gћall-gallarija u tipprova tagћti impressjoni li l-qagћda ta’ pajjiżna hija waћda ferm agћar minn dak tal-pajjiżi l-oћra ta’ madwarna. |
| Dwar | id-dћul tal-Gvern, gћalkemm gћad fadal biss l-aћћar xahar tas-sena x’jiġi mkejjel, Diċembru huwa xahar fejn jidћol l-ammont sostanzjali tat-taxxa mid-dћul u dћul ieћor. |
| Gћalkemm | il-Gvern jibqa’ jemmen li pajjiżna gћandu jżomm it-triq tas-sostenibbiltà finanzjarja, il-priorità matul l-2009 kienet is-salvagwardja u l-ћolqien tal-postijiet tax-xogћol. Ċifri ppubblikati regolarment mill-Eurostat juru li tista’ tgћid il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea qed jesperjenzaw żieda fid-defiċit tagћhom u ћafna minnhom laћqu rati ferm ogћla minn ta’ pajjiżn. Dan kien riżultat dirett tal-kriżi ekonomika li wasslet gћal tnaqqis fid-dћul mit-taxxi diretti u indiretti, taxxi marbuta mal-bejgћ tal-proprjetà u tnaqqis fl-attività marbuta mat-turiżmu. Aktar minn hekk, il-Gvernijiet kellhom jinvestu aktar biex iћarsu u joћolqu x-xogћol. Anke f’Malta, il-Gvern żied il-baġit tiegћu f’numru ta’ oqsma partikolari bћall-gћajnuna gћall-manifattura u gћar-reklamar ta’ pajjiżna biex b’hekk eluf ta’ ћaddiema ma tilfux il-post tax-xogћol tagћhom. |
| Filwaqt li l-Oppożizzjoni tibqa’ tirrepeti | l-istess u bla ma toffri soluzzjonijiet tgћid biss li l-Gvern jista’ jgћin aktar lis-settur privat, tajjeb ikun imfakkar li l-Kummissjoni Ewropea din is-sena faћћret lil Malta gћaliex kellha wieħed mill-aktar pakketti ta’ stimolu fiskali b’saħħithom fost il-bqija tal-membri bl-għan li tilqa’ għall-kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali. Dan ir-rapport kieninnota li xi Stati Membri ma taw l-ebda kontribuzzjoni fil-pjan ta’ rkupru ekonomiku minħabba li l-finanzi tagħhom ma tawhom ebda spazju. Għall-kuntrarju, il-fatt li pajjiżna fis-snin ta’ qabel ħadem biex ikollu finanzi fis-sod ippermettilu jkun f’din il-pożizzjoni li jappoġġja l-ekonomija, billi fost l-oħrajn intervjena fis-setturi tat-turiżmu u l-manifattura, għajnuna li wasslet biex l-impatt fuq pajjiżna kien ferm anqas aħrax milli f’pajjiżi oħra. Aktar minn hekk, il-baġit gћall-2010 joffri numru ta’ inċentivi fiskali biex kumpaniji żgћar jinvestu, jimmodernizzaw u jћaddmu persuni ġodda magћhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990