Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL- MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT B’ Reazzjoni gћall-Istqarrija tal-Kelliem tal-Oppozizzjoni  gћall-Finanzi, L-Onorevoli Charles Mangion

pr2239
Date Icon 28/12/2009
L-2009 – sena ta’deċiżjonijiet gћaqlin fl-interess tal-postijiet tax-xogћol
Is-sena liwaslet biex tintemm karaterizzata minn Gvern jaћdem u jinvesti biex pajjiżna jegћleb l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali u Oppożizzjoni li tinnega r-realtà, tilgћab gћall-gallarija u tipprova tagћti impressjoni li l-qagћda ta’ pajjiżna hija waћda ferm agћar minn dak tal-pajjiżi l-oћra ta’ madwarna.
Dwarid-dћul tal-Gvern, gћalkemm gћad fadal biss l-aћћar xahar tas-sena x’jiġi mkejjel, Diċembru huwa xahar fejn jidћol l-ammont sostanzjali tat-taxxa mid-dћul u dћul ieћor.
Gћalkemmil-Gvern jibqa’ jemmen li pajjiżna gћandu jżomm it-triq tas-sostenibbiltà finanzjarja, il-priorità matul l-2009 kienet is-salvagwardja u l-ћolqien tal-postijiet tax-xogћol. Ċifri ppubblikati regolarment mill-Eurostat juru li tista’ tgћid il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea qed jesperjenzaw żieda fid-defiċit tagћhom u ћafna minnhom laћqu rati ferm ogћla minn ta’ pajjiżn. Dan kien riżultat dirett tal-kriżi ekonomika li wasslet gћal tnaqqis fid-dћul mit-taxxi diretti u indiretti, taxxi marbuta mal-bejgћ tal-proprjetà u tnaqqis fl-attività marbuta mat-turiżmu. Aktar minn hekk, il-Gvernijiet kellhom jinvestu aktar biex iћarsu u joћolqu x-xogћol. Anke f’Malta, il-Gvern żied il-baġit tiegћu f’numru ta’ oqsma partikolari bћall-gћajnuna gћall-manifattura u gћar-reklamar ta’ pajjiżna biex b’hekk eluf ta’ ћaddiema ma tilfux il-post tax-xogћol tagћhom.
Filwaqt li l-Oppożizzjoni tibqa’ tirrepetil-istess u bla ma toffri soluzzjonijiet tgћid biss li l-Gvern jista’ jgћin aktar lis-settur privat, tajjeb ikun imfakkar li l-Kummissjoni Ewropea din is-sena faћћret lil Malta gћaliex kellha wieħed mill-aktar pakketti ta’ stimolu fiskali b’saħħithom fost il-bqija tal-membri bl-għan li tilqa’ għall-kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali. Dan ir-rapport kieninnota li xi Stati Membri ma taw l-ebda kontribuzzjoni fil-pjan ta’ rkupru ekonomiku minħabba li l-finanzi tagħhom ma tawhom ebda spazju. Għall-kuntrarju, il-fatt li pajjiżna fis-snin ta’ qabel ħadem biex ikollu finanzi fis-sod ippermettilu jkun f’din il-pożizzjoni li jappoġġja l-ekonomija, billi fost l-oħrajn intervjena fis-setturi tat-turiżmu u l-manifattura, għajnuna li wasslet biex l-impatt fuq pajjiżna kien ferm anqas aħrax milli f’pajjiżi oħra. Aktar minn hekk, il-baġit gћall-2010 joffri numru ta’ inċentivi fiskali biex kumpaniji żgћar jinvestu, jimmodernizzaw u jћaddmu persuni ġodda magћhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow