L-EWWEL KONSENJA TAL-VAĊĊIN GĦALL-INFLUWENZA A H1N1
pr2237
28/12/2009
| Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u | Kura fil-Komunità javża li matul il-lejl li ġej (28/29 Diċembru) mistennija tasal Malta l-ewwel konsenja tal-vaċċin tal-AH1N1. Din il-konsenja se jkun fiha 100,000 vaċċin li se jittieħdu minnufih fil-Medical Stores tal-Gvern. |
| Minn għada stess jibda proċess fejn | il-ħaddiema kollha tal-qasam tas-saħħa, kemm dawk impjegati mal-Gvern u anke mal-privat, se jiġu amministrati l-vaċċin. |
| Mis-Sibt li ġej dawk kollha li għandhom mard | kroniku u nisa tqal jistgħu jingħataw il-vaċċin miċ-ċentri tas-saħħa. Aktar dettalji dwar il-ħinijiet jingħataw matul din il-ġimgħa. |
| Sadattant jibqa’ l-appell li min hu marid ma | joħroġx biex l-influwenza ma tinfirixx. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990