Left arrow Mur Lura

Ġbir u Użu tat-Tamiflu

pr2233
Date Icon 27/12/2009

Kif diġa ġie mħabbar, l-istrateġija għall-kontroll ta’ infezzjonijiet bil-virus Influwenza A(H1N1) inbidlet għal waħda ta’ trattament.

Fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-WHO u l-ECDC persuni li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjijn u li jkollhom sintomi tal-influwenza qed  jingħataw it-Tamiflu mingħajr ma jiġu ttestjati fuq preskrizzjoni ta’ tabib:  

  • Nisa tqal, irrispettivament mill-istadju tat-tqala tagħhom;
  • Tfal taħt il-ħames snin irrispettivament mis-severita tal-influwenza;
  • Nies ta’ kull eta li jkunu qed ibagħtu minn influwenza u li jkunu qed juri sinjali ta’ kumplikazzjonijiet;
  • Nies li jkollhom l-influenza mingħajr kumplikazzjonijiet izda għandhom riskju akbar li jiżviluppaw xi kumplikazzjoni bħal ma huma  persuni li jbagħtu  minn mard kroniku tal-pulmun, qalb, kliewi, fwied u dijabete kif ukoll dawk li għandhom is-sistema ta’ difiża tagħhom dgħajfa. 

Dawk il-persuni li ma jaqgħux f’dawn il-kategoriji għandhom jiġu ttrattati bħal influwenza oħra u mhux se jingħataw Tamiflu.

Dawk il-persuni li jiġu preskritti riċetta ta’ Tamiflu għandhom jibagħtu persuna li għandha ‘il fuq minn 18 il-sena biex jiġbrulhom it-Tamiflu minn wieħed minn dawn il-postijiet. 

Spiżeriji tal-Gvern:

B’Kara, Paola, Mosta, Cospicua, Floriana, Qormi, Luqa, Gżira

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 13.00

Is-Sibt                                    08.00 – 12.00

Sptar Mount Carmel

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 14.30

Is-Sibt                                    08.00 – 12.00

Sptar Karen Grech

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 15.30

F’dawn il-hinijiet ma jinghatax Tamiflu lil persuni li ghandhom ‘il fuq minn 18-il sena mill-ispizerija tal-Isptar Mater Dei.  

Sptar Mater Dei

B’Kara, Paola, Mosta, Cospicua, Floriana, Qormi, Luqa, Gżira

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 13.00

Is-Sibt                                    08.00 – 12.00

Sptar Mount Carmel

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 14.30

Is-Sibt                                    08.00 – 12.00

Sptar Karen Grech

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 15.30

Għawdex

Spiżerija tal-iSptar Ġenerali – 08:00-13:00

Uffiċċju amministrattiv – 13:00hrs sat 8tal-għada filgħodu
Riċetti ta’ mistura tat-Tamiflu għat-tfaljinġabru biss mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei li hija miftuħa il-ħin kollu kif ukoll mill-isptar Ġenerali ta’Għawdex.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jikoopera mal-awtoritajietbiex ikun jista’ jingħata l-aħjar servizz.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow