STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN
pr2232
26/12/2009
Apprezzament ghax-xoghol tal-Forzi tal-Ordni fi Zmien il-Festi
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, jixtieq jesprimi l-apprezzament tiegħu lill-membri kollha tal-forzi tal-ordni u jfaħħarhom għall-ħidma tagħhom matul dan iż-żmien ta’ festi.
| Tul dawn il-ġranet, mijiet ta’ membri tal-Korp | tal-Pulizija u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jkun qed jaqdu dmirijiethom b’sens ta’ dover u sagrifiċċju sabiex aħna nkunu nistgħu ngawdu dawn il-festi mal-familji u ħbieb tagħna b’rasna mistrieħa li hemm min qiegħed jieħu ħsieb is-sigurtà tagħna. Tabilħaqq dan huwa żmien meta x-xogħol għall-membri ta’ dawn il-korpi jiżdied. |
| Għalhekk, filwaqt illi jappella biex kullħadd | igawdi dawn il-jiem ta’ festi mingħajr eċċessi u b’responsabilità, il-Ministru Mifsud Bonnici f’isem il-poplu Malti, jirringrazzja lill-uffiċjali kollha għall-ħidma fejjieda u għas-sagrifiċċji li jagħmlu għall-ġid tas-soċjetà tagħna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990