RESIDENTA FID-DAR GĦALL-ANZJANI F’BORMLA TAGĦLAQ MITT SENA
pr2228
23/12/2009
| Is-Sinjura Catherine Gonzi u | s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ Mario Galea, llum żaru lis-Sinjura Manwela Muscat li għada se tiċċelebra għeluq il-100 sena. |
| Is-Sinjura Muscat, li hija residenti fid-dar | għall-Anzjani f’Bormla, qed tiċċelbra dan il-jum speċjali flimkien mal-familja tagħha u wkoll ma sħabha fid-dar tal-anzjani. |
| Is-Segretarju Parlamentari u s-Sinjura Gonzi li | ppreżentaw rigali lis-Sinjura Muscat, sellmu lill-Anzjani kollha li hemm residenti f’din id-dar u saħqu dwar l-importanza li, partikolarment f’dawn il-jiem, il-familjari jżuru lill-qrabathom. Huma awguraw lill-anzjani l-isbaħ xewqat għall-Milied u s-Sena l-ġdida. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990