Left arrow Go Back

JINGĦATA BIDU GĦALL-BINI MILL-ĠDID TAT-TRIQ TA’ PINU

pr2226
Date Icon 23/12/2009
Għadu kif ingħata bidu għal-bini mill-ġdidtat-Triq ta’ Pinu, li ser tkun waħda mill-ewwel proġetti mwettqa f’Għawdex bis-saħħa ta’ ko-finanzjament mill-Programm ta’ Fondi ta’ Koeżjoni għal Malta 2007-2013. Ir-rikostruzzjoni ta’ din it-triq hija parti minn proġett akbar li jinkorpora wkoll il-bini tat-Triq tax-Xlendi. Dan il-proġett ser ifisser il-bini mill-ġdid ta’ 2.5 kilometri ta’ toroq, u huwa stmat li se jiswa madwar €9,480,000. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jtejjeb l-aċċessibilità lejn is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu u tal-bajja tax-Xlendi, li huma żewġ attrazzjonijiet turistiċi ewlenin tal-gżira ta’ Għawdex.
Il-bini tat-triq ta’ Pinu se jinvolvi twessiegħtat-triq, bini mill-ġdid tal-ħitan, bankini kif ukoll street furniture. Ix-xogħol fuq din it-triq ta’ madwar kilometru, jinsab għaddej b’ritmu tajjeb u mistenni jitlesta fiż-żmien stipulat. Sa issa sar it-twessiegħ tat-triq kif ukoll il-pedamentital-ħitan il-ġodda. Sadanittant il-ħamrija li qed tkun skavata waqt it-twessiegħ tat-triq se tintuża għall-proġett ta’ afforestazzjoni f’dik li kienet il-barriera ta’ Isopu, fin-Nadur. Saru arranġamenti biex it-traffiku jiġu devjat għal rottta alternattiva sakemm ikunu għaddejjin ix-xogħlijiet.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. GiovannaDebono, għamlet żjara fuq il-post fejn għaddejjin ix-xogħlijiet. Hija esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal mod ta’ kif inhu miexi x-xogħol. Hija tkellmet dwar l-importanza ta’ dan il-proġett u spjegat kif minbarra li hija parti minn triq arterjali, din it-triq tintuża wkoll minn bosta Għawdxin, Maltin u barranin li matul is-sena jżuru s-Santwarju ta’ Pinu. Saħqet li dan ix-xogħol infrastrutturali fuq din it-triq se jkun ifisser li l-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex se tkompli tiġi msaħħa permezz ta’ fondi li Malta kisbet permezz tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Giovanna Debono żiedet tgħid li dan il-proġett huwa wieħed mill-bosta proġetti li ser ikunu qed jiġu finanzjati mill-10 fil-mija ta’ fondi Ewropej li ġew imwegħda mill-Gvern Malti  għal Għawdex u li permezz tagħhom il-Ministeru għal Għawdex ser ikompli jaħdem biex jtejjeb il-kwalità tal-ħajja fil-gżira Għawdxija.
Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-Fondi ta’Koeżjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għal perjodu 2007 – 2013, fejn 85% se jiġi ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-15% l-oħra se jiġu ffinanzjati minn fondi nazzjonali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow