Left arrow Mur Lura

FESTIVAL INTERNAZZJONALI TAL-FOLK F’MALTA

pr2224
Date Icon 23/12/2009
Il-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Tarxien, Ħaż-Żebbuġ ul-Kalkara qed jorganizzaw bejniethom is-Seba’ Edizzjoni tal-Festival Internazzjoni tal-Folk f’Malta fl-aħħar jiem ta’ dan ix-xahar. Dan il-festival qed jittella bil-kollaborazzjoni tal-kumpanija M&E Management Group, u bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fl-Ufficcju tal-Prim Ministru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu permezz tal-iskema ta’Attivitajiet għall-Kunsilli Lokali.
F’dawn l-attivitajiet ser jipparteċipaw diversipajjiżi barranin permezz ta’ gruppi folkloristiċi bil-kostumi tradizzjonali tagħhom u baned li ser jallegraw il-pubbliku .
Is-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said faħħar il-fatt illi għall-ewwel darba tlett kunsilli lokali qed jingħaqdu flimkien biex jorganizzaw din iċ-ċelebrazzjoni folkloristika. L-avvenimenti ser isiru fit-tlett lokalitajiet rispettivi u jibdew min-nhar it-28 ta’ Dicembru fejn ser issir sfilata minn dawn il-gruppi fil-Kalkara, fid-29 ta’ Diċembrru f’Ħaż-Żebbuġ u fit-30 ta’ Diċembru jingħalqu l-attivitajiet f’Ħal Tarxien fis-6.00pm minn fejn ser titlaq l-isfilata u ddur minn diversi toroq tar-raħal. L-isfilata tispiċċa fi Ġnien Joanne fejn issir kompetizzjoni ta’ żfin folkloristiku fuq il-palk fic-ċentru tal-ġnien.
Ma’ dawn il-gruppi ser ukoll jippartecipal-Grupp Folkloristiku tal-Kunsill li ser imexxi l-isfilata fit-toroq.
Chris Said stqarr li f’danix-xahar huma 11-il Kunsill Lokali qed jibbenefikaw minn l-iskema ta’ attivitajiet, fosthom in-Naxxar, Raħal Ġdid u l-Mellieħa li qed itellgħu programmi b’suċċess marbuta mal-festi tal-Milied. Hu qal li din iċ-ċelebrazzjoni li ħolqu t-tlett kunsilli lokali se tkun qed toffri atmosfera ferreħija f’dan iż-żmien ta’ festi. Chris Said fakkar li f’lejliet l-aħħar tas-sena ser ikunu qed jittellgħu avvenimenti fit-triq prinċipali ta’ Floriana u fir-Rabat Għawdex organizzati wkoll mill-Kunsilli Lokali.
Is-Segretarju Parlamentaristqarr din l-iskema għall-attivitajiet tal-Kunsilli Lokali hija waħda minn 20 skema ta’ għajnuna lill-kunsilli lokali għall-2010, u dawn l-iskemi għandhom jitħabrru fil-ġimgħat li ġejjin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow