IL-KUNĊERT TAS-SENA L-ĠDIDA
pr2221
22/12/2009
| L-Uffiċċju tal-President, | il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qegħdin jorganizzaw kunċert li se jsir nhar il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2010, fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta. |
| Dan il-kunċert qed jieħu post | il-kunċert li kien isir qabel, imsejjaħ il-Kunċert tal-Epifanija u li kien isir fil-Palazz il-Belt. Il-Presidenza xtaqet tagħti rigal lill-poplu Malti u għalhekk għażlet li torganizza dan il-kunċert f’post għall-udjenza ikbar minn dik li setgħet tokkupa fil-Palazz il-Belt. |
| Il-Kunċert tas-Sena l-Ġdida | qed jittella’ mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni tal-Maestro Michael Laus. Se jkun jinkludi wkoll siltiet akkumpanjati miż-żfin tal-ballet miż-żeffiena ta’ Wheelchair Dancing, studenti ta’ Pippa Roberts kif ukoll dawk ta’ Bridgette Gauci Borda School of Ballet, b’koreografija ta’ Tanya Bayona. |
| Id-dħul huwa bla ħlas permezz | ta’ biljetti li wieħed jista’ jiġbor mill-Uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund fil-Palazz il-Belt (mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-0830 hrs sa 1230 hrs). |
| Jistgħu jinġabru ukoll | miċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10.00 a.m. sas-1.00 p.m., u mill-5.00 p.m. sas-7.00 p.m. Fl-24 ta’ Diċembru jiftħu mill-10.00 a.m. sas-1.00 p.m., filwaqt li fis-26 ta’ Diċembru jiftħu mis-1.00 p.m. ‘l quddiem. Is-Sibt jiftħu mill-10.00 a.m. sas-1.00 p.m. |
| Ikunu apprezzati | donazzjonijiet b’risq il-Malta Community Chest Fund. Rigward il-biljetti, min imur l-ewwel jinqeda l-ewwel. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq telephone numru 21231350. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990