Malta ssaħħaħ il-Politika Barranija tagħha bi 30 żjara uffiċjali mill-Viċi Prim Ministru Tonio Borg f’għadd ta’ pajjiżi differenti
pr2218
22/12/2009
45 żjara f’Malta minn dinjitarji barranin minn 25 pajjiż differenti matul din is-sena
| Matul din is-sena, il-Viċi Prim Ministru u | Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Tonio Borg wettaq ‘il fuq minn 30 żjara uffiċjali barra minn Malta fuq ħidma intensiva sabiex il-politika barranija ta’ Malta tkompli titkattar. Flimkien ma’ dawn iż-żjarat, kull xahar, Malta tipparteċipa f’laqgħat tal-Kumitat għall-Affarijiet Generali u Esterni tal-Unjoni Ewropea magħruf bħala l-GAERC, permezz tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u tar-Rappreżentant Permanenti għall-Malta fl-Unjoni Ewropea, l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana.. |
| Terz | ta’ dawn iż-żjarat saru barra mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fosthom fil-Lvant Nofsani, fil-pajjiżi Għarab, l-Istati Uniti u l-Awstralja. Filwaqt li l-kumplament taż-żjarat kienu jinvolvu pajjiżi Ewropej. |
| Fost | iż-żjarat importanti li saru mill-Ministru Tonio Borg insemmu ż-żjarat li saru f’Ġunju 2009,. f’Tel Aviv u f’Ramallah fejn ġew inawgurati l-Ambaxxata Maltija f’Iżrael u r-Rappreżentanza Diplomatika f’Ramallah. |
| Il-Viċi Prim Ministru żar ukoll tliet pajjiżi | oħra mil-Lvant Nofsani: il-Libanu, is-Sirja u l-Ġordan. Matul dawn it-tliet żjajjar, il-Ministru Tonio Borg iffirma ħames ftehim importanti. |
| Żjara oħra mportanti saret fil-Qatar, li fiha | l-Vici Prim Ministru akkumpanja lill-President ta’ Malta Dr George Abela, żjara li kienet kruċjali sabiex jiġu ffirmati sitt ftehim bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. Iż-żjara f’dan il-pajjiż serviet sabiex jitħabbar ftehim bejn il-Lufthansa Technic f’Malta u l-Qatar Airways, li permezz tiegħu se jinġiebu numru ta’ ajruplani għall-manutenzjoni fil-faċilitajiet li l-Lufthansa għandha f’Malta. Il-Qatar Airways bdew ukoll jimpjegaw Maltin. |
| Intant dwar iż-żjarat li saru f’pajjiżi Ewropej, | il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg akkumpanja fi żjara statali lill-President ta’ Malta Edward Fenech Adami fil-Polonja, li fiha ħadet sehem delegazzjoni b’numru rekord ta’ ‘l fuq minn 60 negozjant. |
| Saru | laqgħat ukoll mal-Italja u l-Libja dwar l-immigrazzjoni illegali. |
| Qabel kull presidenza tal-UE, Malta tiltaqa’ | mal-Kap ta’ l-Istat ta’ dak il-pajjiż. Dan ġara ma’ l-Isvezja u Spanja. F’dawn il-laqgħat, Malta tenfasizza dawk it-temi li tħoss li għandhom ikunu priorita’ għall-Unjoni Ewropea b’ġid għal Malta. |
| Intant matul l-2009, ir-rwol tad-Direttorat | tal-Protokoll u s-Servizzi Konsolari fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, kien strumentali biex jgħin f’45 żjara uffiċjali, li kienet tinkludi fost oħrajn iż-żjara tar-Re ta’ Spanja u tas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth. Dawn iż-żjarat oriġinaw minn aktar minn 25 pajjiż differenti, kif ukoll żjarat minn 3 Viċi-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea u 4 Kummissarji oħrajn. |
| F’Mejju ta’ din is-sena kien hemm żjara wkoll | minn Catherine Ashton, dak iż-żmien Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ, li għada kemm ġiet maħtura bħala r-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurta’. |
| Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin huwa | responsabbli, permezz ta’ dan id-Direttorat, fl-organizzazzjoni ta’ żjarat statali. Id-Direttorat, f’koordinament mal-Uffiċju tal-President u l-Uffiċju tal-Prim Ministru jaħdmu fuq il-loġistika taż-żjarat Statali u Uffiċjali. Id-Direttorat tal-Protokoll jaħdem ħafna fuq il-proċeduri li għandhom jittieħdu fiċ-ċerimonji li jsiru matul dawn iż-żjarat u fl-akkumpanjament tad-delegazzjonijiet matul il-waqfa tagħhom f’Malta. Huma wkoll iwettqu ħidma fil-pubblikazzjoni ta’ materjal uffiċjali marbut maż-żjarat u ħidma mill-viċin mal-pulizija. |
| Avveniment importanti matul din is-sena kien | l-inawgurazzjoni tal-Uffiċju Konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Lega Għarbija f’Ottubru li għadda. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kien element importanti sabiex issir l-inawgurazzjoni uffiċjali, li għaliha attendew il-Kummissarju Ewropew responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni, Benita Ferrero Waldner u s-Segretarju tal-Lega Għarbija, Amre Moussa. |
| F’Jannar ta’ din is-sena, 25 Ambaxxatur mhux | residenti, kienu preżenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-bdil tax-xewqat għas-Sena l-Gdida. F’Marzu , ‘il fuq minn 85 Konslu li jirrappreżentaw lil Malta barra mill-pajjiż, tlaqqgħu f’Malta għall-Konferenza tal-Konsli Onorarji. |
| Permezz ta’ dawn iż-żjarat, Malta ingħatat | pubbliċita’ fid-diversi media internazzjonali madwar il-kontinenti kollha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990