Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. JOSEPH CASSAR, WAQT KONFERENZA STAMPA DWAR L-ALKOĦOL U S-SEWQAN ORGANIZZATA MID-DIPARTIMENT GĦALL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U L-PREVENZJONI TAL-MARD, IS-SEDQA, L-AWTORITÀ DWAR IT-TRASPORT, IL-KORP TAL-PULIZIJA U L-PROTEZZJONI ĊIVILI

pr2213
Date Icon 21/12/2009
L-alkoħol huwa meqjus bħala xi ħaġa pjaċevoli,li nieħdu ġost bih fost il-familja u l-ħbieb, aktar u aktar meta nkunu qed niċċelebraw.  Iżda l-verità hija ħafna aktar qarsa minn hekk – membru tal-familja jasal id-dar f’sakra ma jarax art, żagħżugħ imdamdam bix-xorb, inċident fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu rizultat tax-xorb li kien xorob is-sewwieq matul il-lejl.  U numru ta’ mwiet l-aktar f’età żagħżugħa bl-uġiegħ kollu li jġib miegħu għall-familjari u l-ħbieb.  Din hija l-verità qarsa dwar l-alkoħol.
Huwa pprovat xjentifikament li l-alkoħol ifixkelil-kapaċitajiet bażiċi tal-bniedem fis-sewqan, anke f’ammonti baxxi.  L-alkoħol ifixkel il-viżjoni tas-sewwieq, il-mod li jipproċessa l-informazzjoni ta’ madwaru u l-attenżjoni tiegħu fuq it-triq.  Ifixkel ukoll kif is-sewwieq idawwar l-isteering u l-mod kif jaħseb.  Fil-fatt, meta taħseb fuqha, hija impossibli li persuna tista’ tħaddem magna daqshekk ikkumplikata u li għandha bżonn daqshekk attenzjoni, bl-iċken ammont ta’ alkoħol ġo fiha.
Hemm ħafna x’jista’ jsir biex nevitaw dan kolluu nkunu nistgħu ngawdu l-festi li ġejjin kif jixraq.  Aħna nawguraw li kulħadd ikun responsabbli fil-konsum ta’ l-alkoħol, meta u fejn nixorbu huwa importanti daqs kemm huwa l-ammont.  Meta nkunu barra mid-dar, irridu nkunu responsabbli għalina nfusna u għal ta’ madwarna.  U d-dar, ħafna drabi grokk jiswa daqs tlieta, u anke hawn irridu nuru responsabbiltà lejn min ġie jżurna u ser isuq lura.
Biex niddevertu, m’hemmx bżonn li nixorbul-alkoħol bla rażan.  Nistgħu, anzi għandna, naraw kif ser innaqqsu l-konsum ta’ l-alkoħol dejjem, u mhux f’dawn il-festi biss.  Meta nixorbu żżejjed ma tantx nistgħu ngawdu dak kollu li qed jiġri madwarna.  Wara kollox, hemm xorb ieħor li nistgħu nfixxtu minflok dak magħmul bl-alkoħol.
Iżda fuq kollox, irridu nippjanaw u naħsbu minnqabel min ser isuq lura d-dar.  Il-parir tagħna dejjem kien u jibqa’, li jkun hemm membru tal-familja, jew wieħed mill-klikka tal-ħbieb, li ma jixrobx u jsuq hu.  Darb’oħra jmiss lil xi ħadd ieħor.  Dan l-individwu jkun il-veru ħabib għax jista’ jkun li jsalva l-ħajja ta’ kulħadd.  Illum ukoll daħlet id-drawwa li jintużaw mezzi oħra tat-trasport, bħal trasport pubbliku, taxis u minibuses li qegħdin hemmhekk biex jagħtu servizz meta l-aktar għandna bżonnu.  Is-servizz qiegħed hemm u għandna nagħmlu l-aħjar użu minnu.
Il-festi għandna u nistgħu ngawduhom bl-aktarmod san billi nibżgħu għalina nfusna u għal xulxin u nkunu responsabbli f’dak kollu li nagħmlu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow