IL-MESSAGG TAL-PRESIDENT GEORGE ABELA FL-OKKAZJONI TAT-TNEDIJA TAL-KAMPANJA MILIED FLIMKIEN - 19 TA’ DICEMBRU 2009
pr2209
19/12/2009
| Bhal kull sena, | il-mexxejja tal-pajjiz jinghaqdu flimkien sabiex iwasslu messagg ta’ tama paci u hena lil Maltin u l-Ghawdxin kollha. Ghal din is-sena, dan il-messagg kien se jitwassal mill-Palazz tal-Granmastri il-Belt imma ic-cirkostanzi ma jippermettux li jiena u Margaret ninghaqdu flimkien mal-Onorevoli Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi, l-Eccellenza Tieghu Monsinjur Arcisqof, il-Kap tal-Oppozizzjoni u s-Sinjura Muscat sabiex inwasslu il-messagg taghna. Ghaldaqstant ghal din is-sena il-messagg tieghi u ta’ Margaret se jittwassal permezz tal-pinna. |
| Il-festi ta’ zmien | il-Milied huma celebrazzjonijiet religjuzi u civili. Religjuzi ghax ifakkru fit-twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu u l-bidu tal-istorja tal-Kristjanezmu u civili ghax f’dawn il-granet tintemm is-sena kurrenti u tibda sena gdida. Festi religjuzi flimkien ma’ celebrazzjonijiet civili. |
| Dawn huma | tradizzjonijiet sbieh, haga wahda mal-kultura Kristjana u Ewropea taghna l-Maltin. Tradizzjonijiet li jfissru hafna ghall-ghaqda fil-familji, ghal tigdid ta’ hbiberija u ghal atti ta’ beneficenza u karita’ lejn il-proxxmu taghna. Celebrazzjonijiet li jgibulna memorji sbieh ta’ tfulitna u tal-familjari tahgna li forsi m’ghadhomx maghna. |
| Dan huwa zmien fejn | ninsew id-differenzi ta’ bejnietna, ikunu xi jkunu: politici, familjari, kummercjali. Huwa zmien li niftakru f’dak li jghaqqadna u mhux f’dak li jifridna. Jiena nahseb li hemm hafna x’ighaqqadna. Ilkoll nahdmu ghall-istess ghanijiet, kulhadd bil-mod tieghu u kif jidhirlu l-ahjar fil-kuxjenza. Ilkoll ghandna ghal qalbna lil pajjizna u lis-socjeta’ taghna u lkoll nixtiequ naraw lil hutna Maltin u Ghawdxin ighixu hajja ahjar fil-prosperita, fil-paci u fis-serenita’. Fejn mhux dejjem hemm ftehim mhux rizultat ta’ animozita’ imma ghax, f’demokrazija, id-dibattitu u d-djalogu huma essenzjali. |
| Hija tradizzjoni | sabiha li jinghataw ir-rigali u jsiru ikliet kbar u parties kullimkien imma l-ispirtu tal-Milied hu aktar minn hekk. Minghajr l-aspett religjuz u spiritwali, il-Milied jitlef is-sinifikat tieghu u jsir biss celebrazzjoni ta’ festa ta’ divertiment. Il-Milied huwa festa Kristjana u ghalija l-isbah aspett taghha hu li nahsbu f’haddiehor. Dan ghandna naghmluh is-sena kollha imma aktar u aktar fi zmien il-Milied. |
| Pajjizna huwa | ixxurtjat li ghandu numru kbir ta’ ghaqdiet u istituzzjonijiet civili li twaqqfu bil-ghan li jghinu lil min hu fil-bzonn, lil min hu f’diffikultajiet ekonomici, lil min waqa’ fl-uzu tad-droga, lil min ghandu xi dizabilita’ u ohrajn. Ahna kburin li l-Maltin ghadhom jghozzu l-valur tal-karita’, tal-kompassjoni ma’ ghajrhom, tal-empatija ma’ min jehtieg li xi hadd iwienu minn that spallejh halli jkompli fit-triq tal-hajja. Jalla dan il-valur jibqa’ b’sahhtu ghax dan hu l-akbar sinjal ta’ civilta’. Mhux il-progress materjali biss juri kemm ahna avvanzati imma kemm ahna lesti li nahsbu fil-gid komuni, fil-bzonnijiet tal-komunita’, kemm lesti nghinu lil min ghandu bzonn. |
| Hawnhekk ma nistax | ma nsemmix li l-Ufficcju tieghi li bhal issa huwa impenjat b’mod intensiv sabiex bil-ghajnuna ta’ numru kbir ta’ hbieb taghna li lesti jissagrifikaw il-hin taghhom ghal haddiehor, norganizzaw L-Istrina. Kif diga’ thabbar, din is-sena, l-Istrina hija xi ftit differenti minn dik tas-snin ta’ qabel minhabba li mhux se jkollna rigali ghal dawk li jikkontribwixxu. Jiena ghandi fiudcja shiha fis-sentimenti altruwisti tal-Maltin u l-Ghawdxin li dejjem urew generozita’ kull meta gew mitlubin jikkontribwixxu ghall-beneficenza kemm f’Malta u kemm barra ghall-Missjoni jew meta kien hemm xi dizastru narturali. Jiena perswaz li anki din is-sena l-Poplu taghna se juri kemm huwa generuz, kemm ghandu ghal qalbu l-virtu’ tal-karita’, l-isbah taghlim li johrog mill-Vangelu nnifsu u mit-tradizzjonijiet taghna. Jiena m’ghandi l-ebda dubbju li kull min offra dak li seta’ ghall-bzonnijiet ta’ haddiehor m’ghamilx dan biex jirbah xi rigal imma ghax is-sentiment tal-hniena, tal-imhabba tal-proxxmu, gaghlu joffri dak li seta’. Ghaldaqstant, jiena naf li l-appell tieghi sabiex kulhadd ikun generuz kemm jista’ nhar l-ghada tal-Milied meta se jkollna l-Istrina fuq l-istazzjonijiet televizivi se jigi mismugh. |
| Dak li naghtu | ghall-ghajnuna ta’ ghajrna zgur li mhux se jibqa minghajr kumpens. Mhux il-kumpens ta’ xi karozza, ta’ xi sett tat-television jew ta’ xi safra b’xejn, imma l-kumpens ta’ ferh minn gewwa li wiehed ihoss meta jikkontribwixxi kemm jiflah ghall-bzonnijiet ta’ min ghandu nuqqas ta’ mezzi materjali, ghal min huwa b’dizabilita’, ghal tfajjel li ghandu bzonn intervent kirurgiku, ghal min jixtieq isiefer halli jakkompanja lill-familjari ghal kura medika. |
| Dan is-soddisfazzjon | spiritwali li jgib il-vera hena se jkollna bhala rigal din is-sena ghal min jikkontribwixxi ghall-Istrina. Jiena cert li l-Maltin u l-Ghawdxin sejrin juru generozita’ bhalma dejjem ghamlu. |
| Jiena u Margaret | nawguraw lil kulhadd Milied ta’ paci u hena fil-ghozza tal-familja u sena gdida mimlija gid u prosperita’ lill-Maltin u l-Ghawdxin kollha. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990