Left arrow Mur Lura

GĦAJNUNA LIS-SOĊJETÀ ĊIVILI PERMEZZ TAL-FOND TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI

pr2204
Date Icon 18/12/2009
Illum fl-uffiċċji tal-Malta-EU Steering andAction Committee (MEUSAC), is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, ippreżenta għotjiet lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili taħt il-Fond tas-Soċjetà Ċivili.
L-iskop tal-Fond għas-Soċjetà Ċivili huwa lijgħin lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jsaħħu l-kapaċità li joperaw f’kuntest tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ dawn l-organizzazzjonijiet f’għaqdiet, assoċjazzjonijiet jew federazzjonijiet fuq livell Ewropew u l-attendenza f’konferenzi, seminars u laqgħat barra minn Malta, fuq materji relatati direttament mal-UE u fil-kuntest tal-affiljazzjoni fuq livell Ewropew.
Is-sejħa għal applikazzjonijiet ħarġetf’Awwissu ta’ din is-sena bl-għan li tgħin fil-finanzjment ta’ dawn l-attivitajiet. Is-somma totali allokata għal din is-sena, li permezz tagħha bbenefikaw b’kollox 25 organizzazzjoni, kienet ta’ €278,472.27. Il-finanzjament massimu hu ta’ 80% tal-ispejjeż relatati mal-affiljazzjoni tal-organizzazzjonijiet eleġibbli f’għaqdiet, assoċjazzjonijiet jew federazzjonijiet Ewropej.
Il-Kap tal-MEUSAC, Dott. Vanni Xuereb qal liminbarra l-Fond tas-Soċjetà Ċivili, il-MEUSAC waqqaf Fond għal Ko-finanzjament għall-għaqdiet mhux governattivi, li japplikaw għal fondi tal-UE. Fil-budget tas-sena d-dieħla, il-Gvern introduċa vot ġdid għal dan il-ko-finanzjament ta’ €280,000.
Dott. Xuereb kompla jgħid li bejn Diċembru2008 u Ottubru 2009, saru 111-il laqgħa formali bejn il-MEUSAC u għaqdiet mhux governattivi dwar għajnuna fl-applikazzjoni ta’ proġetti taħt il-programmi ta’ fondi tal-UE. Matul l-istess perjodu, bl-għajnuna tal-MEUSAC, 22 organizzazzjoni kisbu total ta’ €2,411,076.78 f’fondi mill-UE.
Semma wkoll l-ispazju li għandhom l-organizzazzjonijiettas-soċjetà ċivili permezz tal-istrutturi ta’ konsultazzjoni tal-MEUSAC. Il-Kap tal-MEUSAC temm l-intervent tiegħu billi rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Said, lill-membri tal-Core Group u tal-Kumitati Settorjali kif ukoll lill-istaff tal-MEUSAC.
Is-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, qal li huwa sodisfatt bil-ħidma li wettaq il-MEUSAC matul din is-sena.
Waqt li saħaq li l-MEUSAC laħaq il-miri ligħalihom twaqqaf, tenna li għas-sena dieħla l-MEUSAC se jkollu sfidi ġodda quddiemu. Fost dawn semma li jiżdiedu n-numru ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Kumitati Settorjali kif ukoll li l-informazzjoni dwar il-politika tal-UE tasal għand il-pubbliku permezz ta’ inizjattivi ġodda u innovattivi fil-kuntest tas-Sħubija ta’ Ġestjoni (Management Partnership) mal-Kummissjoni Ewropea fejn il-MEUSAC ġie allokat €800,000 għall-perjodu ta’ erba’ snin għal informazzjoni Ewropea.
Fost l-inizjattivi li se jseħħu s-sena d-dieħla,Dott. Said semma camping għall-familji dwar temi relatati mal-ambjent li se jkun organizzat fit-13 u l-14 ta’ Marzu. Is-Segretarju Parlamentari temm id-diskors tiegħu billi fakkar li l-UE hija parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum u għalhekk irridu nisfruttaw kull opportunità possibbli li tista’ toffrilna l-UE.
Huwa qal li mill-bidu tas-sena d-dieħla,il-MEUSAC mhux biss se jkompli jagħti l-għajnuna tiegħu mill-uffiċċji tiegħu fil-Belt iżda wkoll minn uffiċċju konġunt mal-MCESD li se jinfetaħ f’Għawdex fil-bidu tas-sena l-ġdida.
Il-benefiċċjarji għas-sena 2009/2010 huma:  • l-Union Ħaddiema Magħqudin,  • il-General Workers Union,• il-Malta Employers Association, • il-General Retailers and Traders Unions,  • il-Gozo Business Chamber, • il-Malta Institute of Management, • il-Malta Exercise Health and Fitness Association, • il-Medical Association of Malta, • l-Malta Union of Bank Employees,  • il-Federated Association of Travel and Tourism Agents,  • il-Confederation of Malta Trade Unions, • il-Malta Association of Physiotherapists, • il-Malta Union of Teachers,  • il-Malta Tourism Society, • iċ-Chamber of Engineers,  • id-Dental Association of Malta,  • il-Malta Chamber of Pharmacists, • il-Malta Dental Technologists Association,  • il-Malta Health Network, • l-Association of Speech-Language Pathologists, • il-Malta Federation of Professional Associations, • in-National Council of Women,  • il-Malta Union of Professional Psychologists, • il-Kamra tal- Periti - Chamber of Architects & Civil Engineers,  • il-Federation for Hunting & Conservation (FKNK).
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow