Left arrow Mur Lura

Jinħareġ il-permess  sabiex jinbena l-family park

pr2194
Date Icon 17/12/2009
Il-Ministeru għar-Riżorsi ul-Affarijiet Rurali jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħruġ tal-full development permit mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sabiex il-miżbla l-magħluqa ta’ Wied il-Għajn tinbidel f’park għar-rikreazzjoni tal-familji. Din hi l-politika ta’ dan il-gvern li jagħti lura lin-nies spazji li kienu jintużaw sabiex fihom jiġi ddepożitat l-iskart fis-snin sebgħin, fi spazji miftuħa u msebbħa.
Dan il-permess għalhekk se jwassal sabiex matulis-sena d-dieħla jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet neċessarji mal-iżvilupp ta’ dan il-park li jinsab bejn l-impjant ta’ Sant’ Antnin u r-Razzett tal-Ħbiberija, li ġa la darba jkun lest, se jkun qed jiġbed lejħ mhux biss Maltin iżda wkoll aktar turisti lejn in-nofsinhar ta’ Malta. Dan il-park li se jkun mifrux fuq 85,000 metru kwadru ta’ art. Apparti l-fatt li se joffri spazju miftuħ u msebbaħ, se jipprovdi biżżejjed spazju biex fihom ikun jistgħu jintlagħbu tlett dixxipplini sportivi f’daqqa bħal 5 a-side football, tennis u volleyball.
Attrazzjonijiet oħra f’dan il-park se jkunulandscapedmazes u rock climbing wall. Il-pjanti ta’ dan il-park jiprovdu wkoll parkeġġ filwaqt li razzett li jinsab fl-istess żona fejn se jsir dan il-park se jkun irrestawrat, u miftuħ għall-pubbliku bħala mużew ħaj tal-annimali li se jkunu qed jitrabbew f’dan l-istess razzett, li se jservi wkoll ta’ vetrina għall-prodotti agrikoli Maltin.
F’dan il-park se jkun qed jinbena wkoll Ċentruta’ Informazzjoni għall-viżitaturi. Dan iċ-ċentru għandu l-iskop li jipprovdi informazzjoni dwar l-ekoloġija u l-ħidma kollha li qed issir sabiex l-iskart ikompli jkun riżorsa li minnu tiġi ġġenerata l-enerġija nadifa. Dan iċ-ċentru għandu jkompli jgħin sabiex tkompli tinbidel il-mentalita’ tal-mod kif inħarsu lejn l-iskart. Matul dawn l-aħħar snin, twettqet rivoluzjoni siekta fl-immaniġġjar tal-iskart, inħolqu is-Civic Amenity Sites, l-Bring in Sites, l-iskema Irriċikla t-Tlieta, ingħalqu l-miżbliet u nbew faċilitajiet moderni.
Danl-investiment ta’ ‘l fuq minn €6 miljun, qed isir ukoll b’fondi mill-Unjoni Ewropea. Dan huwa pass ieħor fit-twettieq ta’ wegħda elettorali oħra. Il-gvern għandu din il-viżjoni li jbiddel il-miżbliet il-magħluqa f’parks għal ħarsien tal-ambjent u sabiex aħna u wliedna ngawdu minn livell ta’ saħħa aħjar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow