Left arrow Mur Lura

Art pubblika għall-benefiċċju tal-isport

pr2189
Date Icon 17/12/2009
Nhar l-Erbgħafilgħaxija, s-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi żar it-Tarxien Rainbows Club f’Ħal Tarxien waqt sessjoni ta’ training tan-nursery tal-club li tħaddan madwar 300 tifel u tifla.
Din iż-żjarassegwi ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Club biex tgħaddi biċċa art pubblika għand il-Club imsemmi, biex din tiġi żviluppata f’faċilitajiet sportivi għall-benefiċċju tat-tfal.  Din hija waħda minn sensiela ta’ biċċiet ta’ art li l-Gvern għadda għand għaqdiet sportivi reċentement permezz tal-Kunsill Malti għall-isport.
Jason Azzopardi qalli għal darb’oħra, l-Gvern kien qed juri l-impenn tiegħu b’mod konkret biex jgħin għaqdiet u entitajiet volontarji li jagħmlu l-ġid fis-soċjeta’ tagħna.  Filwaqt li huwa faħħar il-ħidma fil-qasam sportiv tas-Segretarju Parlamentari Clyde Puli, huwa fakkar kif il-Gvern iktar kmieni din is-sena, għadda għadd ta’ artijiet lil entitajiet sportivi madwar Malta u Għawdex biex jiġu żviluppati f’faċilitajiet għat-tfal.
Is-SegretarjuParlamentari Jason Azzopardi heġġeġ lit-tfal jipprattikaw l-isports għax dan huwa mportanti, u flimkien ma’ l-istudju, jagħti lit-tfal ħajja iktar kompluta.
F’dan il-każpartikolari għaddiet biċċa art ta’ ­­­­­­­madwar 800 metru kwadru mingħand il-Gvern.  Din l-art tinsab biswit il-ground tal-football eżistenti u ser tingħaqad ma’ biċċa art oħra li diġa kienet proprjeta’ tal-Club, biex fuqha jinbnew faċilitajiet sportivi kif ukoll jinbena l-istand, li minnu l-ġenituri u dawk li jkunu jixtiequ jsewgu l-logħob ikunu jistgħu jagħmlu dan.
Is-SegretarjuParlaqmentari Jason Azzopardi temm jgħid li “dan huwa eżempju ċar ta’ għajnuna konkreta fil-qalba tal-lokalitajiet tagħna, li tissarraf f’ġid lis-soċjeta’.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow