Ġbir u Użu tat-Tamiflu
| Minn | nhar it-Tnejn, 21 ta’ Diċembru 2009, l-istrateġija għall-kontroll ta’ infezzjonijiet bil-virus Influwenza A(H1N1) ser tinbidel għal waħda ta’ trattament. |
| Fuq | ir-rakkomandazzjonijiet tal-World Health Organisation (WHO) u l-ECDC min-nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru, pazjenti li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin u li jkollhom sintomi tal-influwenza ser jibdew jingħataw it-Tamiflu mingħajr ma jiġu ttestjati fuq preskrizzjoni ta’ tabib: |
· Nisa tqal, irrispettivament mill-istadju tat-tqala tagħhom;
· Tfal taħt il-ħames snin, irrispettivament mis-severita’ tal-influwenza;
· Nies ta’ kull eta’ li jkunu qed ibatu minn influwenza u li jkunu qed juri sinjali ta’ kumplikazzjonijiet;
· Nies li jkollhom l-influenza mingħajr kumplikazzjonijiet, izda għandhom riskju akbar li jiżviluppaw xi kumplikazzjoni bħal ma huma persuni li jbatu minn mard kroniku tal-pulmun, qalb, kliewi, fwied u dijabete, kif ukoll dawk li għandhom is-sistema ta’ difiża tagħhom dgħajfa.
| Dawk il-persuni li ma jaqgħux f’dawn | il-kategoriji għandhom jiġu ttrattati bħal influwenza oħra u mhux se jingħataw Tamiflu. |
| Dawk | il-persuni li jiġu preskritti riċetta ta’ Tamiflu għandhom jibagħtu persuna li għandha ‘il fuq minn 18-il sena biex jiġbrulhom it-Tamiflu minn wieħed minn dawn il-postijiet. |
Spiżeriji tal-Gvern:
B’Kara, Paola, Mosta, Cospicua, Floriana, Qormi, Luqa, Gżira Mit-Tnejn sal Ġimgħa 08.00 – 13.00 Is-Sibt 08.00 – 12.00 |
Sptar Mount Carmel Mit-Tnejn sal Ġimgħa 08.00 – 14.30 Is-Sibt 08.00 – 12.00 |
Sptar Karen Grech Mit-Tnejn sal Ġimgħa 08.00 – 15.30 |
Ċentri Tas-Saħħa
B’Kara, Paola, Mosta, Cospicua, Floriana, Qormi, Luqa, Gżira Mit-Tnejn sal Ġimgħa 08.00 – 13.00 Is-Sibt 08.00 – 12.00 |
Sptar Mount Carmel Mit-Tnejn sal Ġimgħa 08.00 – 14.30 Is-Sibt 08.00 – 12.00 |
Sptar Karen Grech Mit-Tnejn sal Ġimgħa 08.00 – 15.30 |
Għawdex
| Spiżerija tal-iSptar | Ġenerali – 08:00-13:00 |
| Uffiċċju | amministrattiv – 13:00hrs sat 8 tal-għada filgħodu |
Riċetti ta’ mistura tat-Tamiflu għat-tfal jinġabru biss mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, li hija miftuħa l-ħin kollu, kif ukoll mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jikkopera mal-awtoritajiet biex ikun jista’ jingħata l-aħjar servizz.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990