MALTA TIPPROVDI ASSISTENZA GĦALL-IŻVILUPP LIL ISTITUZZJONIJIET F’BETLEM U ĠERUSALEM TAL-LVANT
pr2187
17/12/2009
Sabiex tkompli titwettaq il-wegħda li Malta għamlet waqt il-Konferenza tad-Donaturi għall-Iżvilupp tal-Istat Palestinjan li saret Pariġi f’Diċembru ta’ 2007 għall-għajnuna lill-Pjan Palestinjan ta’ Riforma u Żvilupp, u konsistenti mal-mira tal-Gvern Malti li jipprovdi, bħala prijorità, assistenza għall-iżvilupp lill-Lvant Nofshani, bil-għan li jassisti fi programmi li jiffokaw fuq l-edukazzjoni u s-saħħa, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għażel żewġ proposti f’Betlem u f’Ġerusalem tal-Lvant sabiex jibbenefikaw minn Għajnuna għall-Iżvilupp.
Università ta’ Betlem
| Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed jgħin | fix-xiri ta’ apparat ta’ teknoloġija tal-informatika meħtieġ biex jassisti fil-bżonnijiet edukattivi tal-Università ta’ Betlem. Dan l-apparat jikkonsisti f’numru ta’ kompjuters, projectors u printer tat-tip laser. |
| L-Università ta’ Betlem, | li titqies bħala waħda mill-istituzzjonijiet edukattivi fl-artijiet Palestinjani, hi istituzzjoni edukattiva għat-tagħlim avvanzat imwaqqfa fl-1973 fuq tradizzjoni Lasaljana, miftuħa għal studenti minn kull tradizzjoni ta’ fidi. L-ewwel istituzzjoni ta’ din in-natura mwaqqfa fix-Xatt tal-Punent, l-Università ta’ Bethlem, tmur lura sa l-1893 meta il-komunità ta’ De La Salle fetħet skejjel f’Betlem, Ġerusalem, Ġaffa, Nazaret, it-Turkija, il-Libanu, il-Ġordan, u l-Eġittu. |
| Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed | jikkontribwixxi l-ammont ta’ €12,750 li tikkonsisti f’80% tat-total tal-fondi meħtiega għal dan il-proġett. |
| Sptar St Louis – Sorijiet ta’ | San Ġużepp tal-Apparizjoni, f’Ġerusalem tal-Lvant |
| Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed | jassisti fit-tiġdid tad-Dipartiment tal-X-ray fl-Isptar ta’ St Louis f’Ġerusalem tal-Lvant, permezz ta’ fondi għax-xiri u l-installazjoni ta’ workstation speċjalizzata u tagħmir relatat ieħor. |
| L-Isptar St Louis jipprovdi għajnuna medika u | ġerjatrika għar-residenti ta’ Ġerusalem ta’ kull razza, reliġjon u nazzjonalità. Bi staff ta’ 60 persuna, li jinkludi tobba, infermiera, terapisti u 25 voluntiera, l-isptar jilqa’ mal-medja ta’ 50 pazjent. |
| Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed | jikkontribwixxi l-ammont ta’ €12,224 liema somma tammonta għal 80% tal-fondi meħtieġa għat-tagħmir u x-xogħol ta’ installazzjoni ta’ dan l-apparat. |
| Matul din is-sena, il-Ministeru tal-Affarijiet | Barranin permezz tal-Overseas Development Aid, se jkun iffinanzja 11-il proġett ta’ fejda f’diversi pajjiżi b’total ta’ €330,000. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990