Left arrow Mur Lura

€23 miljun fi proġetti minn investituri lokali li se joħolqu 188 impjieg ġdid

pr2185
Date Icon 16/12/2009
Din is-sena l-għajnuna mogħtija mill-MaltaEnterprise lil investituri lokali biex jinvestu fi proġetti ġodda jew espansjonijiet f’Malta mistennija tirriżulta f’investiment kapitali ta’ €23m u l-ħolqien ta’ 188 post tax-xogħol sat-tliet snin li ġejjin. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech waqt li ndirizza laqgħa ta’ diskussjoni organizzata mill-Union Ħaddiema Magħqudin dwar il-Budget 2010.
Waqt l-intervent tiegħu, il-Ministru Fenechsostna li l-budget tħejja f’kuntest internazzjonali diffiċli ferm u xhieda ta’ dan huwa l-fatt li bosta pajjiżi li ħabbru l-budget tagħhom f’dawn l-aħħar ġimgħat, irrikorrew għal miżuri drastiċi li jinkludu żidiet fit-taxxi, tnaqqis jew iffriżar tal-pagi u tnaqqis fin-nefqa fuq benefiċċji soċjali. Dan minkejja li r-rati tal-qgħad komplew jikbru fl-aħħar xhur.
F’Malta, il-Gvern indirizza fil-budgetil-ħtieġa li nkomplu ninċentivaw l-ekonomija biex din toħloq l-impjiegi. Dan għaliex huma bosta fuq livell internazzjonali li qed iwissu mir-riskju ta’ jobless recovery, jiġifieri li minkejja li l-ekonomija tad-dinja tirpilja, il-postijiet tax-xogħol li ntilfu matul ir-riċessjoni internazzjonali, ma jerġgħux jinħolqu.
Il-ħidma tal-Gvern biex jinħolqu l-postijiettax-xogħol qed issir fuq  tliet livelli:

·        biż-żieda ta’ attività li tiġġenera direttament il-postijiet tax-xogħol, bħall-investiment fi proġetti kapitali u infrastrutturali;

·        b’inċentivi li jħajru lill-imprendituri joħolqu l-postijiet tax-xogħol, u

·        bi skemi u programmi li jipprovdu l-għodda biex il-ħaddiema Maltin u Għawdxin ikunu riżorsa dejjem aktar attraenti għal min jixtieq jinvesti f’pajjiżna.

Il-Ministru Tonio Fenech qal ukoll li l-Gvern qed jimmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-aktar minn 150 inizjattiva li tħabbru fil-budget biex dawn jidħlu fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr, filwaqt li wħud minnhom diġà daħlu fis-seħħ, bħall-iskema fejn kumpaniji li jħaddmu inqas minn 10 persuni jingħataw lura 40% tal-ispejjeż meta jimpjegaw ħaddiema ġodda magħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow