€23 miljun fi proġetti minn investituri lokali li se joħolqu 188 impjieg ġdid
| Din is-sena l-għajnuna mogħtija mill-Malta | Enterprise lil investituri lokali biex jinvestu fi proġetti ġodda jew espansjonijiet f’Malta mistennija tirriżulta f’investiment kapitali ta’ €23m u l-ħolqien ta’ 188 post tax-xogħol sat-tliet snin li ġejjin. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech waqt li ndirizza laqgħa ta’ diskussjoni organizzata mill-Union Ħaddiema Magħqudin dwar il-Budget 2010. |
| Waqt l-intervent tiegħu, il-Ministru Fenech | sostna li l-budget tħejja f’kuntest internazzjonali diffiċli ferm u xhieda ta’ dan huwa l-fatt li bosta pajjiżi li ħabbru l-budget tagħhom f’dawn l-aħħar ġimgħat, irrikorrew għal miżuri drastiċi li jinkludu żidiet fit-taxxi, tnaqqis jew iffriżar tal-pagi u tnaqqis fin-nefqa fuq benefiċċji soċjali. Dan minkejja li r-rati tal-qgħad komplew jikbru fl-aħħar xhur. |
| F’Malta, il-Gvern indirizza fil-budget | il-ħtieġa li nkomplu ninċentivaw l-ekonomija biex din toħloq l-impjiegi. Dan għaliex huma bosta fuq livell internazzjonali li qed iwissu mir-riskju ta’ jobless recovery, jiġifieri li minkejja li l-ekonomija tad-dinja tirpilja, il-postijiet tax-xogħol li ntilfu matul ir-riċessjoni internazzjonali, ma jerġgħux jinħolqu. |
| Il-ħidma tal-Gvern biex jinħolqu l-postijiet | tax-xogħol qed issir fuq tliet livelli: |
· biż-żieda ta’ attività li tiġġenera direttament il-postijiet tax-xogħol, bħall-investiment fi proġetti kapitali u infrastrutturali;
· b’inċentivi li jħajru lill-imprendituri joħolqu l-postijiet tax-xogħol, u
· bi skemi u programmi li jipprovdu l-għodda biex il-ħaddiema Maltin u Għawdxin ikunu riżorsa dejjem aktar attraenti għal min jixtieq jinvesti f’pajjiżna.
Il-Ministru Tonio Fenech qal ukoll li l-Gvern qed jimmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-aktar minn 150 inizjattiva li tħabbru fil-budget biex dawn jidħlu fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr, filwaqt li wħud minnhom diġà daħlu fis-seħħ, bħall-iskema fejn kumpaniji li jħaddmu inqas minn 10 persuni jingħataw lura 40% tal-ispejjeż meta jimpjegaw ħaddiema ġodda magħhom.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990