1700 siegħa f’xogħol volontarju mill-istudenti tal-Institute of Tourism Studies b’risq L-Istrina 2009
pr2184
16/12/2009
| Studenti, lecturers u | staff tal-Institute of Tourism Studies ilhom għal dawn l-aħħar 4 ġimgħat jaħdmu siegħat twal b’mod volontarju sabiex nhar is-Sibt li ġej, fil-bitħa tal-Palazz tal-President fil-Belt, jagħmlu festa ta’ ikel tradizzjonali Malti ta’ zmien il-Milied. |
| Il-fuq minn 200 student, 5 | priġunieri tal-Young Offenders Unit Rehabilitation Scheme taħt it-tmexxija ta’ Lecturers ta’ l-ITS, dawn l-aħħar ġimgħat kienu fi preparazzjoni sabiex jipproduċu 1,100 biċċa Christmas log b’iktar minn 2 tunnellati ngredjenti u 12-il elf mince pie b’uzu ta’ elf tunnellata ta’ ingredjenti. |
| Qed jippreparaw wkoll sriedaq | mimlija, mulled wine, cocktails, mocktails, qastan mixwi, u affarijiet oħra li l-pubbliku jista’ jixtri b’risq l-Istrina. L-ingredjenti kollha ngħataw b’xejn minn kumpaniji u ndividwi u b’hekk id-dħul kollu se jmur għall-Istrina. Din l-attivita’ se ssir fil-Pjazza tal-Palazz, fl-10.00 ta’ filghodu u tibqa’ għaddejja għal 12-il siegha. L-ikel kollu huwa approvat skond standards ta’ HACCP. |
| Il-President George Abela | waqt zjara li għamel flimkien mas-Sinjura Abela, sejjaħ din il-festa spettaklu ta’ l-arti u ikel. Ammira wkoll il-fatt li se jkun hemm involuti ħabsin li kienu qed jagħmlu kors fl-ITS, għax b’dan il-mod, persuna li zbaljat tingħata iċ-ċans li terġa’ tiġi ntegrata fis-soċjeta’. |
| Il-President irringrazzja lil | Institute of Tourism Studies li għal dawn il-ġimgħat iddedikaw il-ħin u l-ħidma tagħhom għal dan il-għan tant nobbli. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990