Left arrow Mur Lura

Attivitajiet tal-Milied f’Għawdex

pr2183
Date Icon 16/12/2009
Hekk kif il-festi tal-Milied u ta’ l-ewweltas-Sena jinsabu magħna, f’Għawdex qed jiġu organizzati bosta attivitajiet li jkomplu jqanqlu atmosfera tal-Milied filwaqt li jżidu ma’ l-attrazzjonijiet li toffri l-gżira f’dan iż-żmien tas-sena. Dan għal benefiċċju kemm ta’ dawk li jgħixu Għawdex kif ukoll għall-Maltin u t-turisti li jagħżlu li jqattgħu xi jiem fuq il-gżira Għawdxija f’dan iż-żmien ta’ festi.
Attrazzjoni unika u nnovattiva hija diktal-presepju oriġinali li qed jiġi esebit fil-Banca Giuratale fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat. Dan il-presepju bit-titlu Il-Fidwa li bdiet f’Betlem imxandra minn Pawlu f’pajjiżna, iqabbel it-twelid ta’ Ġesù fl-Għar ta’ Betlem mat-twelid ta’ Malta nisranija, eżattament meta San Pawl ġie fostna. Din il-biċċa xogħol ta’ Charles Camilleri tinkludi installation taħt l-ilma li turi filmati u ritratti kkumplimentati b’kummentarju bi-lingual li jirrakkonta l-istorja ta’ pajjiżna minn żmien it-Torok sat-Tieni Gwerra Dinjija. Jinkludi wkoll xeni mill-purċissjoni tal-Milied fit-toroq ta’ lokalitajiet f’Għawdex, tradizzjoni li nibtet permezz tal-ħidma tas-soċjetà tad-duttrina nisranija (MUSEUM) imwaqqfa minn San Ġorġ Preca.
Presepju ieħor b’differenza huwa dak li jinsabfid-daħla tal-Ministeru għal Għawdex maħdum minn Julie Buttigieg, studenta fiċ-Ċentru ta’ Studji Ogħla Sir M.A. Refalo, taħt id-direzzjoni ta’ Mario Cassar. Dan il-presepju huwa magħmul minn materjal riċiklat bħala inizjattiva skond il-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika.
Presepji oħra li joħolqu atmosfera ħajjatal-Milied, huma Betlem f’Għajnsielem fl-għelieqi Ta’ Passi f’Għajnsielem, organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem u l-Presepju Ħaj, ħdejn il-Knisja tan-Nazzarenu fix-Xagħra, organizzat minn The Guiding Light Youth Group.
Minbarra l-presepji statiċi u mekkanizzati lijinsabu għal wiri f’diversi rħula f’Għawdex, is-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, bl-organizzazzjoni ta’ l-Għaqda Ħbieb tal-Presepji, se tkun qed tesebixxi numru ta’ presepji ta’ diversi qisien magħmulin minn varjetà ta’ materjali.
Matul ix-xhar ta’ Diċembru se jsiru wkolldiversi kunċerti, musicals u shows li għandhom jolqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Din is-sena:

·        fil-kunvent ta’ Santu Wistin fir-Rabat se tittella’ s-seba’ edizzjoni tal-Carols by Candlelight bil-parteċipazzjoni ta’ Cantorum Jubilate.

·        Il-Kor Nativitas se jtella’ kunċert bit-titlu The Glories of Christmas fil-Każin tal-Banda Victory tax-Xagħra.

·        Il-Kor Laudate Pueri taħt id-direzzjoni ta’ Fr George Frendo u Dr Maria Frendo se jtellgħu l-Christmas Grand Concert fil-Bażilika Kolleġġjata tax-Xagħra, bid-donazzjonijiet li jinġabru jmorru b’risq il-Community Chest Fund.

·        Fil-Bażilika tan-Nadur se jsir il-kunċert annwali tal-Milied mtella’ mit-taqsima tal-MUSEUM tar-raħal. Dan il-kunċert se jkollu parteċipazzjoni ta’ kor magħmul minn sittin tifel u tifla flimkien ma’ kantanti lokali u ser ikollu direzzjoni mużikali ta’ Mro Antoine Theuma.

·        Kunċerti oħra tal-Milied se jittellgħu fil-Bażilika ta’ San Ġorġ bl-organizzazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Victoria, u fil-Knisja Parrokkjali ta’ l-Għarb bl-organizzazzjoni ta’ l-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni.

Għal dan iż-żmien ta’ festi, is-Sezzjonital-Mużew tas-Subien tan-Nadur ippreparat musical bl-isem ta’ Skruġ – Sawwar Karattru Responsabbli u Ġeneruż, ibbażat fuq l-istorja A Christmas Carol ta’ Charles Dickens, b’cast ta’ aktar minn 60 atturi żgħażagħ.
Musicalsu shows oħra jinkludu:

·        it-tieni edizzjoni tal-Leone Grand Christmas Show fit-Teatru Aurora fir-Rabat,

·        il-musical Christmas...Buzz!!! fis-sala tal-wirjiet fil-Ministeru għal Għawdex,

·        Unforgettable Dance Show fi Pjazza Indipendenza,

·        id-disa’ edizzjoni tal-Christmas with the Musicals organizzata minn The Helping Hands Group u The Gozo Youth Wind Band.  

·        The Helping Hands Group ser jorganizzaw ukoll The Gozo Christmas Show 2009 fl-Oratorju Don Bosco.

Attrazzjoni li ma tonqosx f’dan iż-żmien ta’festi hija l-purċissjoni b’Ġesù Bambin fit-toroq ta’ l-irħula Għawdxin, fost l-oħrajn fir-Rabat, fin-Nadur, ix-Xagħra, Ta’ Pinu u x-Xlendi. Fir-raħal ta’ San Lawrenz imbagħad isir paegant tal-Milied li ilu jsir għal dawn l-aħħar 40 sena.
L-Isqof ta’ Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grechser imexxi ċ-ċelebrazzjoni solenni tal-Kant fosthom dak  ta’ l-Għasar fil-Kattidral ta’ Għawdex fil-5.30 p.m. f’Lejlet il-Milied.
Iċ-ċelebrazzjonijiet jilħqu l-qofol tagħhomb’kunċert tal-Milied u quddiesa solenni fil-11.15 p.m. bil-parteċipazzjoni ta’ l-orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Colin Attard. Fl-ewwel tas-sena, fis-6.00 p.m. issir quddiesa solenni bil-parteċipazzjoni tal-Chorus Ecclesiae Cathedralis.
L-għada tal-Milied, se jsir kunċert fi PjazzaIndipendenza fir-Rabat, b’risq il-Community Chest Fund, filwaqt li għall-aħħar tas-sena fl-istess pjazza, il-Kunsill Lokali tar-Rabat se jorganizza lejla ta’ attività fi Pjazza Indipendenza u fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat biex dawk li jattendu jkunu jistgħu jsellmu s-sena 2009 u jilqgħu s-sena l-ġdida fi spirtu ferrieħi u allegru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow