Attivitajiet tal-Milied f’Għawdex
| Hekk kif il-festi tal-Milied u ta’ l-ewwel | tas-Sena jinsabu magħna, f’Għawdex qed jiġu organizzati bosta attivitajiet li jkomplu jqanqlu atmosfera tal-Milied filwaqt li jżidu ma’ l-attrazzjonijiet li toffri l-gżira f’dan iż-żmien tas-sena. Dan għal benefiċċju kemm ta’ dawk li jgħixu Għawdex kif ukoll għall-Maltin u t-turisti li jagħżlu li jqattgħu xi jiem fuq il-gżira Għawdxija f’dan iż-żmien ta’ festi. |
| Attrazzjoni unika u nnovattiva hija dik | tal-presepju oriġinali li qed jiġi esebit fil-Banca Giuratale fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat. Dan il-presepju bit-titlu Il-Fidwa li bdiet f’Betlem imxandra minn Pawlu f’pajjiżna, iqabbel it-twelid ta’ Ġesù fl-Għar ta’ Betlem mat-twelid ta’ Malta nisranija, eżattament meta San Pawl ġie fostna. Din il-biċċa xogħol ta’ Charles Camilleri tinkludi installation taħt l-ilma li turi filmati u ritratti kkumplimentati b’kummentarju bi-lingual li jirrakkonta l-istorja ta’ pajjiżna minn żmien it-Torok sat-Tieni Gwerra Dinjija. Jinkludi wkoll xeni mill-purċissjoni tal-Milied fit-toroq ta’ lokalitajiet f’Għawdex, tradizzjoni li nibtet permezz tal-ħidma tas-soċjetà tad-duttrina nisranija (MUSEUM) imwaqqfa minn San Ġorġ Preca. |
| Presepju ieħor b’differenza huwa dak li jinsab | fid-daħla tal-Ministeru għal Għawdex maħdum minn Julie Buttigieg, studenta fiċ-Ċentru ta’ Studji Ogħla Sir M.A. Refalo, taħt id-direzzjoni ta’ Mario Cassar. Dan il-presepju huwa magħmul minn materjal riċiklat bħala inizjattiva skond il-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. |
| Presepji oħra li joħolqu atmosfera ħajja | tal-Milied, huma Betlem f’Għajnsielem fl-għelieqi Ta’ Passi f’Għajnsielem, organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem u l-Presepju Ħaj, ħdejn il-Knisja tan-Nazzarenu fix-Xagħra, organizzat minn The Guiding Light Youth Group. |
| Minbarra l-presepji statiċi u mekkanizzati li | jinsabu għal wiri f’diversi rħula f’Għawdex, is-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, bl-organizzazzjoni ta’ l-Għaqda Ħbieb tal-Presepji, se tkun qed tesebixxi numru ta’ presepji ta’ diversi qisien magħmulin minn varjetà ta’ materjali. |
| Matul ix-xhar ta’ Diċembru se jsiru wkoll | diversi kunċerti, musicals u shows li għandhom jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. |
Din is-sena:
· fil-kunvent ta’ Santu Wistin fir-Rabat se tittella’ s-seba’ edizzjoni tal-Carols by Candlelight bil-parteċipazzjoni ta’ Cantorum Jubilate.
· Il-Kor Nativitas se jtella’ kunċert bit-titlu The Glories of Christmas fil-Każin tal-Banda Victory tax-Xagħra.
· Il-Kor Laudate Pueri taħt id-direzzjoni ta’ Fr George Frendo u Dr Maria Frendo se jtellgħu l-Christmas Grand Concert fil-Bażilika Kolleġġjata tax-Xagħra, bid-donazzjonijiet li jinġabru jmorru b’risq il-Community Chest Fund.
· Fil-Bażilika tan-Nadur se jsir il-kunċert annwali tal-Milied mtella’ mit-taqsima tal-MUSEUM tar-raħal. Dan il-kunċert se jkollu parteċipazzjoni ta’ kor magħmul minn sittin tifel u tifla flimkien ma’ kantanti lokali u ser ikollu direzzjoni mużikali ta’ Mro Antoine Theuma.
· Kunċerti oħra tal-Milied se jittellgħu fil-Bażilika ta’ San Ġorġ bl-organizzazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Victoria, u fil-Knisja Parrokkjali ta’ l-Għarb bl-organizzazzjoni ta’ l-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni.
| Għal dan iż-żmien ta’ festi, is-Sezzjoni | tal-Mużew tas-Subien tan-Nadur ippreparat musical bl-isem ta’ Skruġ – Sawwar Karattru Responsabbli u Ġeneruż, ibbażat fuq l-istorja A Christmas Carol ta’ Charles Dickens, b’cast ta’ aktar minn 60 atturi żgħażagħ. |
| Musicals | u shows oħra jinkludu: |
· it-tieni edizzjoni tal-Leone Grand Christmas Show fit-Teatru Aurora fir-Rabat,
· il-musical Christmas...Buzz!!! fis-sala tal-wirjiet fil-Ministeru għal Għawdex,
· Unforgettable Dance Show fi Pjazza Indipendenza,
· id-disa’ edizzjoni tal-Christmas with the Musicals organizzata minn The Helping Hands Group u The Gozo Youth Wind Band.
· The Helping Hands Group ser jorganizzaw ukoll The Gozo Christmas Show 2009 fl-Oratorju Don Bosco.
| Attrazzjoni li ma tonqosx f’dan iż-żmien ta’ | festi hija l-purċissjoni b’Ġesù Bambin fit-toroq ta’ l-irħula Għawdxin, fost l-oħrajn fir-Rabat, fin-Nadur, ix-Xagħra, Ta’ Pinu u x-Xlendi. Fir-raħal ta’ San Lawrenz imbagħad isir paegant tal-Milied li ilu jsir għal dawn l-aħħar 40 sena. |
| L-Isqof ta’ Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech | ser imexxi ċ-ċelebrazzjoni solenni tal-Kant fosthom dak ta’ l-Għasar fil-Kattidral ta’ Għawdex fil-5.30 p.m. f’Lejlet il-Milied. |
| Iċ-ċelebrazzjonijiet jilħqu l-qofol tagħhom | b’kunċert tal-Milied u quddiesa solenni fil-11.15 p.m. bil-parteċipazzjoni ta’ l-orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Colin Attard. Fl-ewwel tas-sena, fis-6.00 p.m. issir quddiesa solenni bil-parteċipazzjoni tal-Chorus Ecclesiae Cathedralis. |
| L-għada tal-Milied, se jsir kunċert fi Pjazza | Indipendenza fir-Rabat, b’risq il-Community Chest Fund, filwaqt li għall-aħħar tas-sena fl-istess pjazza, il-Kunsill Lokali tar-Rabat se jorganizza lejla ta’ attività fi Pjazza Indipendenza u fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat biex dawk li jattendu jkunu jistgħu jsellmu s-sena 2009 u jilqgħu s-sena l-ġdida fi spirtu ferrieħi u allegru. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990