Left arrow Mur Lura

MILIED F’CASAL PAOLA – 2009

pr2182
Date Icon 16/12/2009
Attivita’ imsejjħa Milied f’Casal Paolase tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali Paola flimkien mas-Soċjeta’ De Paule nhar is-Sibt li ġej, 19 ta’ Diċembru mis-6.00 p.m. ’il quddiem. Din l-attività qed tittella’ bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u l-Awtorità tat-Turiżmu.
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said stqarr li din l-attività hi waħda  mid-9 attivitajiet f’Diċembru li qed jibbenefikaw mill-iskema ta’ attivitajiet tal-Kunsilli Lokali. B’kollox hemm 65 attività organizzata minn 49 lokalità matul il-perjodu bejn Diċembru din is-sena u Diċembru tal-2010 li ġew magħżula. Dawn l-attivitajiet tal-Kunsilli Lokali, apparti l-fatt li jagħtu l-opportunità lill-għaqdiet lokali jiapparteċipaw, qed ikomplu jsaħħu l-irħula f’dak li għandhom x’joffru lill-pubbliku  anke għal żmien il-Milied u jħallu impatt ekonomiku fil-lokalità, stqarr Chris Said.
It-tema magħżula – Milied f’Casal Paola,hija marbuta mal-isem oriġinali mgħoti lir-Raħal il-Ġdid mill-fundatur tiegħu il-Gran Mastru Antoine De Paule fl-1626. Dan ir-raħal, imlaqqam ukoll Casal Nuovo, baqa’ magħruf sal-lum bħala Raħal Ġdid. Permezz ta’ din l-attività, il-pubbliku Malti se jkollu opportunità li jqatta’ dan l-aħħar Sibt qabel il-festa tal-Milied fi spirtu festiv, filwaqt li jkun jista’ jassisti għall-varjetà, esebizzjonijiet varji, siti storiċi miftuħa, re-enactments, varjetà ta’ prodotti għall-bejgħ u divertiment għall-familja kollha, f’atmosfera ta’ armar u dwal mill-isbaħ, li saru sinonimi ma’ dan il-post fi żmien il-Milied.
Minbarra l-opportunita’ għax-xiri tar-rigalimid-diversi stabbilimenti li nhar is-Sibt ser joffru skontijiet u offerti speċjali, u ser jibqgħu miftuħa sa tard, il-Kunsill Lokali ħaseb ukoll fl-aspett kulturali, tradizzjonali u storiku, mħallat ma’ dawn iż-żminijiet. L-attività ser tiżvolġi fil-Pjazza ewlenija u d-diversi toroq l-oħra prinċipali. Siltiet mużikali minn diversi kantanti stabbiliti ser ikunu qed jittellgħu fuq ħames palkijiet differenti, bil-palk prinċipali jkun dak f'nofs il-Pjazza fejn ser tintrama tinda kbira għall-okkażjoni.
Ser isir re-enactment mill-Gran Mastru DePaule u l-Kavallieri gwardji tiegħu u jinqara l-bandu. Ser jittellu’ wirjiet ta’ xogħlijiet mill-Iskultur Kav. Alfred Camilleri Cauchi fil-Kappella tan-Nazzarenu, u Wirja ta' arti sagra u preżentazzjoni dwar restawr mill-artist sacerdot il-Kanonku Charles Vella fil-Knisja storika ta’ Santa Ubaldesca. Fil-pjazzetta tagħha, rinovata dan l-aħħar, ser jinfetaħ Xelter ta’ żmien it-tieni gwerra dinjija.
Ma jistax jonqos li jkun miftuħ l-Ipoġew ta’Ħal-Saflieni li jinsab fil-qalba ta’ dan ir-Raħal u li hu ta’ Wirt Storiku Dinji. Għall-ewwel darba l-pubbliku ser ikun jista’ jżur ukoll il-ħabs l-antik f’Kordin li ser jinfetaħ wara restawr li sar riċentement. Fih ser ikun hemm esebizzjoni ta’ vetturi u armi militari tal-epoka u re-enactment mis-suldati Ingliżi.
Ser jittellgħu diversi wirjiet oħra fil-lokalità– dawn jinkludu esibizzjoni ta’ trofej antiki u storiċi minn Hibernians Football Club, u presepju fl-entratura tal-Faċilità Korrettiva. Ser ikun hemm ukoll esebizzjoni ta’ karozzi klassiċi fi Triq Guze Damato.
In-naħa biswit iċ-ċentru tas-saħħa ser tkunriservata għal-logħob ta' tfal u animazzjoni  addattata għalihom. Ser ikun hemm ukoll stands bl-ikel u xorb, ħelu tradizzjonali, inbid u ikel Malti u prodotti oħra. Attrazzjoni ġdida ser tkun il-'Christmas Parade' iffurmata minn diversi skejjel taż-żfin li għandna f'Malta u l-Paola Girl Guides. Jieħdu sehem ukoll Grupp folkloristiku Malti bi strumenti tradizzjonali, Live Rock Band, Korijiet. Se jipparteċipaw ukoll il-Virtuosi Band ta’ David Sammut u l-Banda Maltija bis-sehem tal-Banda Lourdes u l-Banda De Paule fit-toroq u l-pjazza prinċipali, u l-Banda Kristu Re li ser tgħati kunċert tal-Milied fil-Każin De Paule, fejn ukoll ser tittella’ wirja ta’ pittura u fotografija.
Għall-konvenjenza tal-pubbliku, sarul-arranġamenti meħtieġa biex it-toroq prinċipali u l-Pjazza jkunu ħielsa mit-traffiku u l-parkeġġ, u għalhekk il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ biex jagħmel użu mill-faċilità ta’ Park & Ride mingħajr ħlas minn ħdejn l-attrazzjoni tal-ħabs l-antik, fiż-żona ta’ Kordin. It-trasport pubbliku mill-Belt Valletta jwassal lill-pubbliku proprju fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, fiċ-ċentru tal-attività u lura għall-Belt mill-istess post.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow