Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-PASSING OUT PARADE  TA’ REKLUTI ĠODDA TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA - BARRACKS TA’ ĦAL LUQA – L-ERBGĦA, 16 TA’ DIĊEMBRU 2009

pr2178
Date Icon 16/12/2009
L-okkażjonital-lum hi ġurnata ta’ sodisfazzjon għalikom u għall-membri tal-familji tagħkom, iżda hi wkoll ġurnata ta’ memorji għall-familja oħra li kienet qed isegwi lill-binha fil-Forzi Armati ta’ Malta.  Insellem lil Gunner Matthew Psaila u lill-familja tiegħu.  Matthew Psaila s-sena l-oħra kien magħna hawnhekk bħala rekluta ġdid.  Matthew kien eżempju ta’ suldat impenjat.
Ħadt gost naralil dawn ir-rekluti ġodda jagħtuna din il-parata, wirja li timmarka t-tmiem tat-taħriġ bażiku tagħhom, u tirrifletti l-impenn qawwi li huma wrew f’dawn l-aħħar erba’ xhur.  L-eżerċizzju tal-lum jimmarka wkoll il-bidu ta’ karriera fil-Forzi Armati ta’ Malta għal kull wieħed u waħda minn dawn is-suldati ġodda.  Kull wieħed u waħda minn dawn iż-żgħażagħ għażlu karriera ta’ dixxiplina u ta’ servizz għal pajjiżna.  Ta’ dan għandhom l-ammirazzjoni tagħna.  Illum meta ħafna miż-żgħażagħ jgħixu ħajja komda m’hix ħaġa faċli li ssib persuni li jidħlu għall-impenn li tirrikjedi karriera bħal din, iżda dawn għamlu din l-għażla – nirringrazzjakom u nifirħilkom.
Dawn ir-rekluti qed jidħlu fl-Armata fi żmieninteressanti ħafna.  L-Armata ilha għal dawn l-aħħar snin għaddejja minn proċess ta’ titjib fuq diversi livelli, u dan it-titjib mistenni jkompli għaddej matul ix-xhur li ġejjin.
Ftit snin ilu tejjibna l-kundizzjonijiettax-xogħol tas-suldati u l-uffiċjali kollha fl-Armata, b’turija ta’ rispett u apprezzament għas-servizz validu li dawn jagħtu lil pajjiżna.  Kull persuna gawdiet minn qabża fil-grad, u b’riżultat ta’ hekk gawdiet ukoll żieda fil-paga.  Qed jiġu ndirizzati wkoll xi anomaliji li rriżultaw minn dan it-tibdil li sar.
Wara waqfa ta’ diversi snin reġgħu bdew isirul-promozzjonijiet fuq bażi regolari.  Aħna mpenjati li jsir eżerċizzju ta’ promozzjonijiet kull sena biex jimtlew il-postijiet li jkunu ġew vakati.  Bħalissa wasal biex jintemm proċess ieħor – l-ewwel wieħed li sar wara reviżjoni tal-proċess li permezz tiegħu s-suldati jiġu assessjati għall-promozzjoni.  Diġà kien sar progress kbir fil-mod kif jingħataw il-promozzjonijiet, grazzi għall-impenn partikulari tal-Brigadier Vassallo.  Issa mxejna pass ieħor u ħloqna proċess immirat li jassigura aktar ġustizzja, dejjem ibbażat fuq il-prinċipji tal-meritokrazija, il-kontabbiltà u t-trasparenza.  Bis-sistema l-ġdida għall-ewwel darba suldati fil-Forzi Armati kellhom l-opportunità li jkunu jafu mis-superjuri tagħhom jekk humiex qed ikunu rrakkomandati għall-promozzjoni.  Dan isir qabel ma jinħarġu l-promozzjonijiet, biex b’hekk is-suldat ikun jaf x’inhi l-pożizzjoni tiegħu, u jingħata gwida dwar x’ħiliet għandu jikseb jew itejjeb biex javvanza fil-karriera.  Ġie mwaqqaf ukoll Bord biex jissorvelja l-proċess sħiħ. Bħala parti minn dan il-proċess ġie ppubblikat ktejjeb li fih hemm miġbura l-informazzjoni relatata mal-proċess tal-promozzjoniet għas-suldati fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Wara dan l-ewwel eżerċizzju se ssir ukollevalwazzjoni biex inkomplu ntejbu fuq dak li diġà għamilna.
Komplejna niżviluppaw it-taħriġ li noffrulis-suldati u lill-uffiċjali tagħna, u dan se nkomplu nagħmluh.  Bħalissa qed titwaqqaf taqsima biex it-taħriġ fl-Armata jingħata dejjem aktar importanza – pass importanti fil-mixja lejn Armata dejjem aktar professjonali.  It-taħriġ huwa imperattiv fil-Forzi Armati ta’ Malta, għaliex huwa l-garanzija ta’ suċċess fl-operazzjonijiet militari li jkollna f’pajjiżna u barra minn pajjiżna.  Anzi, dan huwa l-bidu ta’ sfidi interessanti għal dawk li jixtiequ jsegwu l-karriera tagħhom.  L-Armata tagħna tgħożż il-valur tat-taħriġ, u aħna impenjati li nkomplu ninvestu biex b’hekk ikompli joħroġ il-potenzjal tar-riżors uman tagħna.  Matul dawn l-aħħar snin, l-Armata mhux biss investiet f’taħriġ lokalment; iżda uffiċjali f’diversi gradi ngħataw l-opportunità li jirċievu t-taħriġ tagħhom fl-aqwa ċentri militari fid-dinja.  L-opportunitajiet ta’ taħriġ u esperjenzi militari barra minn pajjiżna se jiżdiedu bil-parteċipazzjoni ta’ Malta fis-Sħubija għall-Paċi, il-Partnership for Peace.
It-taħriġ jipprepara lis-suldati u l-uffiċjalitagħna biex jagħtu servizz tajjeb l-ewwel nett lil pajjiżna.  Jippreparahom ukoll biex jikkontribwixxu u jieħdu esperjenza f’kollaborazzjoni ma’ korpi militari barranin.  Il-parteċipazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta f’missjonijiet u operazzjonijiet barra minn xtutna, barra milli joffri opportunità u sfida lis-suldati tagħna, timliehom bil-kuraġġ biex ikomplu jagħtu kontribut siewi għall-paċi fid-dinja. Minbarra l-parteċipazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta f’missjonijiet fil-Baħar Mediterran, bħal Frontex u POSEIDON, għandna rappreżentanza fuq missjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, u uffiċjal fl-Ingilterra li qed jipparteċipa f’missjoni tal-Unjoni Ewropea li tmexxi operazzjoni marittima barra l-kosta tas-Somalja.
Filwaqt li Armata professjonali tiddependi fuqtaħriġ u esperjenza, dan m’huwiex biżzejjed.  L-apparat u t-teknoloġija llum huma fatturi essenzjali biex l-Armata tkun tista’ taqdi r-rwol tagħha b’mod effettiv.  Fil-ġranet li għaddew ġew approvati żewġ miljuni u nofs ewro biex isir titjib fuq helicopter Alouette III, jiġu mmodernizzati magni għall-ajruplan Islander kif ukoll isir programm ta’ taħriġ għall-bdoti u t-tekniċi li hemm fl-Iskwadra tal-Ajru.  B’dawn il-fondi l-Armata se tkun f’pożizzjoni li topera bi tliet helicopters kif ukoll iżżid id-distanza li l-ajruplan jkun jista’ jtir, u jiżdied tagħmir sofistikat għat-tiftix u salvataġġ.  L-investiment se jkompli s-sena d-dieħla bix-xiri ta’ ajruplan ġdid kif ukoll b’erba’ laneċ ġodda.
Is-sena d-dieħla l-Armata ser tkun qiegħdatimmodernizza s-sistema ta’ komunikazzjoni biex b’hekk tkun tista’ ttejjeb l-operat tagħha, b’mod partikulari fil-qasam tal-problema tal-immigrazzjoni irregolari.  B’sodisfazzjon Malta gawdiet l-appoġġ tal-membri tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex l-Aġenzija dwar l-Ażil titwaqqaf f’Malta.  Dan l-Uffiċċju ta’ ko-ordinament u implimentazzjoni ta’ politika komuni dwar l-Ażil se jiftaħ is-sena d-dieħla u sal-2013 se jkunu investiti fih 40 miljun ewro.
Dan huwa tassew żmien eċċitanti għall-Armata.  Udan qed jiġi rifless f’aktar interess biex żgħażagħ bħalkom li qed niċċelebraw magħkom illum ifittxu li jservu fl-Armata ta’ pajjiżna.  U dan qed ikun possibbli għal aktar u aktar persuni wara li minn sena ilu reġgħet bdiet tiġi infurzata regola li persuna tista’ tibqa’ sservi fl-Armata sa meta tagħlaq 55 sena.
Fl-ewwel ġranet tas-sena d-dieħla se jtemmil-karriera twila tiegħu mill-Armata l-Kap Kmandant, il-Brigadier Karm Vassallo.  Brigadier, nieħu din l-opportunità biex f’isem il-Gvern u l-Poplu Malti nirringrazzjak tas-servizz li tajt lill-Armata tul is-snin.  Napprezza ħafna li inti għamilt l-almu tiegħek biex tara lill-Armata tiżviluppa.  Taħt it-tmexxija tiegħek, l-Armata għamlet passi kbar ‘l quddiem fil-modernizzazzjoni tagħha.  L-Armata li għandna llum taf ħafna mis-suċċessi tagħha lilek.  Napprezza wkoll li inti, wara dawn is-snin kollha għandek esperjenza vasta u valida, u nispera li ma ndumx ma jkolli opportunità li nitolbok tagħti il-kontribut tiegħek f’oqsma oħra.
F’din l-okkażjoni rrid nirringrazzja lil dawkl-uffiċjali kollha li joffru t-taħriġ lis-suldati tagħna.  U lilkom rekluti ġodda nawguralkom sehem attiv f’din l-avventura bżonnjuża – komplu agħtu sehemkom lil pajjiżna b’mod professjonali.  Persważ li dan diġà qed tagħmluh, komplu għamlu hekk minn qalbkom, għall-ġid tas-soċjetà tagħna.  Nawgura li din tkun avventura impenjattiva li trendi,  u  li pajjiżna jkun dejjem kburi bikom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow