Left arrow Go Back

L-Uffiċċji amministrattivi tal-Kunsilli Lokali ser ikunu magħluqa l-għada tal-Milied u l-għada ta’ l-Ewwel tas-Sena

pr2177
Date Icon 16/12/2009
F’Ottubru ta’ din is-sena, b’riżultattar-Riforma fil-Gvern Lokali, il-Kunsilli Lokali kollha f’Malta u f’Għawdex bdew jiftħu l-uffiċċji amministrattivi tagħhom kull nhar ta’ Sibt.
Din hi wkoll waħda mill-funzjonijiet statutorjiġodda tal-Kunsilli Lokali biex jagħtu servizz aħjar lir-residenti fil-lokalitajiet rispettivi madwar Malta u Għawdex.
Din is-sena, peress li l-għada tal-Milied, 26ta’ Diċembru 2009 (Boxing Day/San Stiefnu) u l-għada tal-ewwel tas-sena, 2 ta’ Jannar 2010, ser jaħbtu s-Sibt, il-Gvern qed jagħti konċessjoni biex f’dawn iż-żewġ Sibtijiet partikolari l-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsilli Lokali jistgħu jibqgħu magħluqa.
L-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsilli Lokalijerġgħu jkunu miftuħa kull nhar ta’ Sibt, b’effett mis-Sibt 9 ta’ Jannar 2010.
Il-ħinijiet tal-ftuħ nhar ta’ Sibt ikun bejnit-8.00 a.m. u l-11.30 a.m.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow