Left arrow Mur Lura

Qbil bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwoti għall-qbid tat-tonn għall-istaġun tal-2010

pr2176
Date Icon 16/12/2009
Waqt il-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministritas-Sajd tal-Unjoni Ewropea, liema laqgħat bdew nhar it-Tnejn u  ntemmew il-bieraħ filgħaxija fi Brussel u li għaliħ kien hemm preżenti l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino, il-pajjiżi membri qablu fuq kemm għandhom ikunu l-kwoti għal qbid tat-tonn għall-istaġun tal-2010 għal kull pajjiż.
Il-Kwota allokata għal Maltagħal qbid tal-Blue fin tuna hija ta’ 161.34 tunnellata. Din hija l-kwota finali għall-istaġun tal-2010,  wara d-diskussjonijiet li seħħew ix-xahar li għadda waqt il-laqgħa annwali tal-ICCAT li seħħet f’Recife, fil-Brazil.
Il-Ministru Pullicino filwaqt li qabel mat-talbatal-Italja li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi mizuri finanzjarji ġodda sabiex jittaffew l-effetti soċjo-ekonomici li t-tnaqqis tal-kwota jista’ jkollu fuq is-settur, aċċetta l-proposti tat-tqassim tal-kwoti.
Dan juri kemm il-Gvern Malti b’mod serju qiegħediħares lejn is-sostenibilta’ tal-ispeċi tat-tonn, filwaqt li jħares ukoll lejn l-interessi tas-sajjieda.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow