Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Zghazagh u Sport

pr2174
Date Icon 16/12/2009
L-MUT informatabl-iżviluppi fil-kwistjoni tal-allowances tal-għalliema
B’referenza għall-kummentital-Malta Union of Teachers fejn qed thedded b’azzjoni industrijali, u b’mod speċifiku għall-fatt li l-Union qed issostni li ma tafx xi progress sar dwar il-kwistjoni tal-allowances tal-għalliema, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Joint Negotiating Team u l-MUT iltaqgħu fid-9 ta’ Novembru 2009. Il-JNT, f’din l-okkażjoni, bħalma għamel mal-unions l-oħra kollha,  ta aġġornament lill-MUT, dwar l-istat tal-progress tal-ħidma tal-kumitat imwaqqaf apposta mill-Gvern biex janalizza s-sitwazzjoni tal-allowances u sectoral agreements fost gradi u professjonijiet oħra impjegati miegħu.
F’konferenza tal-aħbarijiet li tat dalgħodul-Malta Union of Teachers, il-President tal-Union John Bencini wissa’ li l-union tikkunsidra li tieħu azzjoni industrjali fil-bidu tax-xahar id-dieħel jekk kwistjoni dwar l-allowances tal-għalliema ma tkunx riżolta.
Dwar din il-kwistjoni, ta’ min ifakkar li fit-8ta’ Ġunju li għadda, kienet saret laqgħa bejn il-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u l-MUT.  Fil-laqgħa kien miftiehem li l-Ministeru tal-Finanzi kellu jwaqqaf grupp ta’ ħidma bl-inkarigu li jagħmel analiżi dettaljata tad-diversi ftehim settorjali mal-Gvern.  Dan il-proċess beda u kellu jieħu xi xhur.  Meta dan jitlesta, l-Gvern ikollu stampa ċara tas-sitwazzjoni u jkun jista’ jidentifika l-anomaliji li jistgħu jeżistu u mbagħad jiskatta mekkaniżmu li jindirizza dawn l-anomaliji fejn jinstabu u l-Gvern impenja ruħu li dan iseħħ malli jitlesta l-eżerċizzju jew mill-1 ta’ Jannar 2010, skond liema jiġi l-ewwel.
Il-Gvern iġedded l-impenn tiegħuli dan il-kumitat se jkun f’pożizzjoni li jressaq il-konklużjonijiet tiegħu sal-bidu tas-sena d-dieħla.
Fl-istess konferenzatal-aħbarijiet, l-MUT ddikjarat li m’għandha ebda fiduċja fil-Kunsill tal-Għalliema u ma kienitx sodisfatta bil-mod kif qed jitmexxa.  Ta’ min jgħid li fis-sena u nofs li ilu li twaqqaf dan il-Kunsill, diġa’ ta 222 warrant ta’ għalliema. Veru li hemm numru zghir ta’ applikazzjonijiet li ghad trid tittieħed deċizjoni dwarhom imma f’laqgħa li saret bejn l-MUT u l-Ministeru tal-Edukazzjoni l-gimgħa li għaddiet, il-Unjon kienet assigurata li kellha ssir laqgha bejn il-Ministru u l-Kunsill biex ikunu ċċarati l-proċeduri kollha segwiti mill-Kunsill fit-teħid tad-deċizjonijiet.
Dwar l-allegazzjoni ta’ nuqqasta’ għalliema fil-primarji, il-Ftehim tal-2007 jgħid li għandu jkun hemm biżżejjed għalliema biex il-klassijiet kollha jkunu moqdija.  Id-Direttorat tal-Edukazzjoni llum għandu numru ta’ peripatetic teachers, complimentary teachers u resource teachers skond ma’ hemm bżonn.  Dawn kollha jipprovdi għalihom l-imsemmi ftehim. Għalhekk il-ftehim jitkellem ukoll dwar “relief teachers” iżda l-ingaġġ ta’ dawn mhux marbut mal-iżvilupp kurrikulari tal-għalliema tal-primarji.
Id-Direttorat tal-Edukazzjonijsostni li l-mentoring tal-għalliema li l-MUT qalet li ma sarx fil-fatt beda u fl-ewwel sena se jkunu l-Prinċipali tal-Kulleġġi li se jagħmluha ta’ mentors għall-għalliema l-ġodda u sadanittant qed jinbena mudell li fuqu jkompli jsir il-mentoring tal-għalliema ‘l quddiem.
L-MUT lmentat ukoll min-nuqqasta’ dixxiplina fl-iskejjel.  Id-Direttorat tal-Edukazzjoni tistieden lill-MUT biex tindikalha liema inċidenti qed tirreferi għalihom.  Dan għaliex id-Direttorati kellhom laqgħat regolari mal-MUT matul din is-sena skolastika u l-MUT qatt ma lmentat minn xi inċident.
Min-naħa l-oħra l-MUT tafbin-numru kbir ta’ professjonisti li kienu ngaġġati jew għaddej il-proċess biex ikunu ngaġġati jew li għalihom ħarġu applikazzjonijiet għall-ingaġġ tagħhom, biex jipprovdu servizzi lill-istudenti bħalma huma counsellors, psikoloġi, prefetti tad-dixxiplina, konsulenti dwar il-karrieri, social workers u oħrajn.  Ta’ min jgħid li fl-aħħar sena kienu ngaġġati 664 professjonist ġdid fil-qasam tal-edukazzjoni u li matul is-sentejn li għaddew kienu vvutati €7.5 miljuni għall-ingaġġ ta’ għalliema u professjonisti ġodda.
Dwar il-miżuri tal-Ftehim ta’ Riforma tal-2007,l-Malta Union of Teachers taf li s’issa kienu mplimentati 88% tal-miżuri maqbula f’dak il-ftehim.
Dan l-istess Ftehim ma jpoġġix data sa metagħandha ssir l-evalwazzjoni tas-sistema tal-Kulleġġi. Din tista’ ssir meta s-sistema jkun ilha taħdem għal ċiklu sħiħ.  Wieħed ma jistax ikejjel kemm tifel/tifla hu kapaċi jiżfen meta għadu se jibda jimxi.  L-istudenti li daħlu fis-sistema tal-Kulleġġ meta twaqqaf l-ewwel wieħed erba’ snin ilu, għad m’għaddewx minn ċiklu sħiħ tas-sistema.  Ma jkunx ġust l-anqas mal-għalliema nfushom u ma’ edukaturi oħra li tkun evalwata sistema li għad qed tkun żviluppata.  Kienu ngaġġati għalliema addizzjonali biex ikun assigurat li l-għalliema ma jitgħabbewx iż-żejjed u twaqqaf servizz professjonali ta’ appoġġ għall-għalliema u qed jaħdem tajjeb.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow