’BETLEHEM F’GĦAJNSIELEM’ ANIMAT MIT-TFAL
pr2170
15/12/2009
| Għat-tieni sena konsekuttiva, | il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem qed jorganizza fl-istess lokalita' Betlehem f’Għajnsielem - villagg ta' presepju ħaj, animat b'karattri u bi sfond tipiku Għawdxi li ngħata wkoll bixra bħal dik ta' l-ewwel presepju f’Betlehem. |
| Din l-attivita' fuq skala | nazzjonali ngħatat fondi mill-iskema ta’ attivitajiet tal-Kunsilli Lokali mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. |
| Betlehem f’Għajnsielem | qed tagħti prominenza lit-tfal, fejn qed jiġu mistiedna l-kulleġġi kollha biex l-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom jagħmlu żjara lil dan il-villaġġ. Illum is-Segretarju Parlamentari Chris Said kellu l-okkażjoni li jagħmel żjara flimkien ma’ uħud mill-istudenti li kienu preżenti biex jaraw dan il-villaġġ uniku u jieħdu esperjenza gdida kemm edukattiva kif ukoll kulturali. Jispikka l-fatt li għal dawn iż-żjarat tal-iskejjel, l-atturi li janimaw il-presepju qed ikunu tfal stess minn Għajnsielem li qed itellgħu attivitajiet mtella' għat-tfal stess li jżuruhom. |
| Din it-tieni edizzjoni ta’ Betlehem | f’Għajnsielem se tibqa’ miftuħa sat-3 ta’ Jannar, u l-villaġġ ikun animat bl-atturi s-Sibtijiet mill-4.30pm sad-9.00pm u l-Ħdud u Btajjel Pubbliċi mis-1.30pm sas-7.00pm. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990