ĠEW FI TMIEMHOM IL-PROĊESSI TA’ KONSULTAZZJONI TAT-TLIET GRUPPI TA’ AZZJONI TAĦT IL-PROGRAMM LEADER
pr2169
15/12/2009
| Il-Grupp ta’ Azzjoni | tal-Majjistral jippreżenta l-istrateġija tiegħu għal żvilupp rurali sostenibbli |
| Il-Fondazzjoni Grupp ta’ Azzjoni Majjistral | (Majjistral Local Action Group), iffurmata minn 13-il kunsill lokali fiż-żoni rurali tal-Majjistral ta’ Malta flimkien ma’ numru ta’ operaturi privati, u li qed tipparteċipa fil-programm LEADER, għalqet il-proċess ta’ konsultazzjoni li ilu għaddej għal dawn l-aħħar tliet xhur. Iż-żewġ gruppi ta’ azzjoni l-oħra li jilħqu l-maġġoranza tal-lokalitajiet rurali taż-żewg gżejjer huma l-Grupp ta’ Azzjoni tax-Xlokk u dak ta’ Għawdex. Il-grupp ta’ azzjoni tal-Majjistral ġab fit-tmiem il-proċessi ta’ konsultazzjoni tat-tliet gruppi. |
| Issa li ż-żmien ta’ | konsultazzjoni ġie fi tmiemu, ġiet imħejja strateġija għall-iżvilupp tal-inħawi rurali ta’ Malta u Għawdex. Il-Grupp ta’ Azzjoni tal-Majjistral illum ħabbar l-istrateġija tiegħu bbażata fuq dan il-proċess ta’ konsultazzjoni. Preżenti kien hemm l-Onor Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, li stqarr li t-tliet strateġiji laħqu l-miri tagħhom li jkunu mfassla sal-aħħar ta’ Diċembru. Chris Said stqarr li s-sistema LEADER hija għodda imprezzabbli biex tkompli tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja rurali kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, grazzi għat-tliet gruppi ta’ azzjoni (LAGs) li ġew iffurmati u li qed jaħdmu f’konsultazzjoni mar-residenti. Kull LAG ingħata €90,000 biex ifassal din l-strateġija biex itejjeb l-iżvilupp sostenibbli rurali lokali, qal is-Segretarju Parlamentari. |
| Biex | wasslet għat-fassil tal-istrateġija tagħha, il-Fondazzjoni Grupp ta’ Azzjoni Majjistral organizzat sensiela ta’ laqgħat konsultattivi fejn kulħadd seta’ jagħti l-fehma tiegħu dwar issues u żvilupp li jolqtu lir-reġjun. Permezz ta’ diversi avviżi kulħadd kien imħeġġeġ jieħu sehem fl-istrateġija li ġiet ippreżentata llum u li tolqot il-bżonnijiet tar-reġjun lejn kwalità ta’ ħajja aħjar. Diversi nies aċċettaw l-istedina u ġew bi ħġarhom għal-laqgħat tas-setturi jew lokalità tagħhom. |
| L-istrateġija tal-Majjistral | tinkludi rikonoxximenttal-karatteristiċi speċjali tar-reġjun kif ukoll l-involviment tal-operaturi lokali u residenti. Din l-istrateġija hija bbażata fuq l-issues prinċipali fir-reġjun, kif ukoll proposti ta’ azzjoni għall-futur – proposti fuq il-kwalità tal-ħajja u fuq l-opportunitajiet ekonomiċi fir-reġjun. |
| L-għan tal-inizjattiva LEADER | huwa li ttejjebl-iżvilupp sostenibbli rurali u jgħaqqad flimkien is-settur pubbliku mas-settur privat, operaturi fil-qasam tal-agrikoltura, operaturi fit-turiżmu, kif ukoll NGO’s. Bis-saħħa ta’ dan il-programm, Maltagwadanjat €3.8 miljun ewro qal Chris Said. Grazzi għal dawn il-fondibeda l-proċess tal-implimentazzjoni dwar danil-proġett innovattiv. |
| Il-lokalitajiet involuti huma: | Ħal Lija, l-Imġarr, il-Mellieħa, Ħal Għargħur, ir-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, San Pawl il-Baħar, is-Siġġiewi, in-Naxxar, l-Iklin, Ħ’Attard u l-Imdina. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990