STQARRIJA DWAR IL-VOT DEĊIŻIV TA’ MR SPEAKER FIS-SEDUTA PARLAMENTARI TAL-14 TA’ DIĊEMBRU 2009
pr2168
15/12/2009
| B’riferenza għal rapporti fil-mezzi tal-istampa | u x-xandir dwar il-votazzjonijiet meħuda fis-seduta Nru 177 tat-Tnejn, 14 ta’ Diċembru 2009, l-Uffiċċju tal-iSpeaker qed jiċċara l-fatti. |
| F’din is-seduta il-Kamra kellha quddiemha | għad-diskussjoni mozzjoni Nru 113 biex jinħatar Kumitat Magħżul biex jikkonsidra r-regolamentazzjoni tal-prokreazzjoni medikament assistita, u mozzjoni Nru 114 biex jinħatar Kumitat Magħżul biex jibda proċess ta’ rikodifikazzjoni u konsolidazzjoni tal-liġijiet ta’ Malta. |
| Skond ftehim milħuq fil-Kamra fl-10 ta’ Novembru | 2009, il-Kamra qablet li jsir dibattitu wieħed fuq iż-żewġ mozzjonijiet, iżda li kull mozzjoni imbagħad tiġi votata separatament. |
| Għall-mozzjoni Nru 113, dik dwar il-ħatra ta’ | Kumitat Magħżul biex jikkonsidra r-regolamentazzjoni tal-prokreazzjoni medikament assista, saru żewġ emendi – waħda mill-Onor Anglu Farrugia fis-seduta tal-11 ta’ Novembru 2009, u oħra sottomessa mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onor Tonio Borg fis-Seduta tal-14 ta’ Diċembru 2009. |
| L-Ordnijiet Permanenti jipprovdu li meta l-Kamra | tiġi biex tivvota f’każ bħal dan l-iSpeaker iqiegħed l-ewwel il-mistoqsija fuq l-emendi u ssir il-votazzjoni fuq hekk, imbagħad iqiegħed il-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif emendata, jekk ikun il-każ. |
| Fi tmiem id-dibattitu fuq il-Mozzjoni 113, Mr | Speaker qiegħed il-mistoqsija fuq l-ewwel emenda li kienet daħlet, dik tal-Onor Anglu Farrugia, u ntalbet votazzjoni. Il-votazzjoni ttieħdet wara għoxrin minuta kif jitolbu l-Ordnijiet Permanenti. Peress li r-riżultat tal-votazzjoni kien indaqs, 32 favur u 32 kontra, Mr Speaker issospenda s-seduta biex jirrifletti fuq id-deċiżjoni dwar l-eżerċizzju minnu tal-vot deċiżiv kif mitlub skont l-artikolu (2) tal-artikolu 71 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u skond subinċiż (2) tal-Ordni Permanenti Nru 21. L-iSpeaker eżerċita l-vot deċisiv tiegħu kontra din l-emenda għar-raġunijiet kif spjegati fid-deċiżjoni tiegħu (Ara kopja tad-deċiżjoni hawn annessa). B’hekk din l-emenda ma għaddietx. |
| Imbagħad l-iSpeaker qiegħed il-mistoqsija fuq | l-emenda mressqa mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Tonio Borg. Hawn ukoll intalbet votazzjoni li ttieħdet wara għoxrin minuta. Ir-riżultat tal-votazzjoni reġa’ kien indaqs. Mr Speaker reġa’ eżerċita l-casting vote u, għall-istess raġunijiet mogħtija fil-każ tal-emenda tal-Onor Anglu Farrugia, ivvota kontra l-emenda tal-Viċi Prim Ministru b’riżultat li l-emenda m’għaddietx. |
| Mr Speaker imbagħad qiegħed il-mistoqsija fuq | il-mozzjoni dwar il-ħatra ta’ Kumitat Magħżul tal-Kamra biex jikkonsidra r-regolamentazzjoni tal-prokreazzjoni medikament assistita kif oriġinarjament ippreżentata mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin fis-Seduta Nru 157 tal-10 ta’ Novembru 2009. Reġgħet intalbet votazzjoni li ttieħdet wara għoxrin minuta. Din id-darba r-riżultat tal-votazzjoni kien ta’ 33 vot favur u 32 vot kontra, u l-mozzjoni għaddiet. Hawn evidentement l-iSpeaker ma kellux għalfejn jeżerċita l-vot deċisiv għax irriżultat maġġoranza favur ta’ voti ta’ Membri preżenti u li jivvotaw. Il-mozzjoni għaddiet bil-voti tal-Onorevoli Membri mingħajr ebda intervent tal-iSpeaker. |
| Il-Kamra mbagħad għaddiet biex tivvota fuq | il-Mozzjoni 114. Anke hawn l-iSpeaker l-ewwel poġġa għall-vot l-emenda tal-Onor Anglu Farrugia għall-mozzjoni Nru 114 dwar il-ħatra ta’ Kumitat Magħżul tal-Kamra biex jibda proċess ta’ rikodifikazzjoni u konsolidazzjoni tal-liġijiet ta’ Malta. L-emenda m’għaddietx bi 32 vot favur u 33 vot kontra. Il-mozzjoni kif preżentata mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg fis-Seduta Nru 177 tal-14 ta’ Diċembru 2009, għaddiet ukoll bi 33 vot favur u 32 vot kontra. Iż-żewġ votazzjonijiet ittieħdu kull waħda wara li għaddew l-għoxrin minuta preskritti fir-regolamenti tal-Kamra. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990