DISKORS TAL-FTUĦ MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, TAL-KONFERENZA ORGANIZZATA MILL-KUNSILL MALTI GĦAL KWALIFIKI DWAR L-GĦARFIEN TAL-ĦILIET MIKSUBA MILL-EDUKAZZJONI INFORMALI U MHUX FORMALI - SAN ĠILJAN – IT-TLIETA, 15 TA’ DIĊEMBRU 2009
pr2167
15/12/2009
Sur Chairman,
Mistiedna Distinti,
Sinjuri,
| Ilkoll naqblu li l-edukazzjoni hi s-sisien ta’ | kull soċjetà u hi ċ-ċavetta biex kull bniedem jilħaq il-potenzjal tiegħu. Dan jgħodd ferm aktar għal pajjiż żgħir bħal Malta li jiddependi fuq ir-riżorsa umana. Il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-kapaċitajiet u l-potenzjal tal-Maltin u għalhekk l-edukazzjoni hija waħda mill-pilastri ewlenin tal-politika u l-viżjoni tagħna. Viżjoni li tibni fuq il-kapaċitajiet tan-nies. |
| Kien għalhekk ta’ pjaċir għalija li nilqa’ | l-istedina tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki biex niftaħ din il-Konferenza. Konferenza li tixhed mhux biss il-viżjoni li għandna għall-edukazzjoni ġewwa pajjiżna imma li turi biċ-ċar iċ-ċentralità tal-edukazzjoni fl-istrateġija nazzjonali. Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li nara l-imsieħba soċjali preżenti biex jiddiskutu u jfasslu qafas biex pajjiżna jibda jagħraf b’mod formali t-tagħlim miksub minn attivitajiet informali u mhux formali. |
| Dan inħoss huwa pass ieħor importanti fl-istorja | tal-edukazzzjoni f’pajjiżna. Pass ieħor fejn l-edukazzjoni qed tkompli tħares lejn il-kapaċitajiet u l-bżonnijiet tal-istudenti b’mod separat u individwali. Pass li qiegħed jikkumplimenta l-investiment qawwi li qed isir fl-istruttura formali f’kull livell u forma. Is-sena d-dieħla se nkunu qed ninvestu 270 miljun ewro fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna. Dan l-investiment qed isir biex f’pajjiżna jkollna aktar ħaddiema ta’ ħila u b’hekk inkomplu nġibu investiment lejn pajjiżna kif għamilna x-xahar li għadda bl-iffirmar tal-ftehim mal-SRT li se joħloq 350 impjieg ġdid ieħor fil-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani. |
| Fis-snin li għaddew komplejna nsaħħu l-iskejjel | tagħna bil-bini ta’ skola kull sena, bl-aħħar waħda tinfetaħ ġimgħa ilu ġewwa Pembroke. Investejna fit-teknoloġija b’aktar minn 10,000 computer fl-iskejjel tagħna għall-użu mit-tfal u l-għalliema. Żviluppi simili seħħew fl-istituzzjonijiet ogħla tal-edukazzjoni bit-tisħiħ tal-MCAST li qed jilqa’ ‘l fuq minn 10,000 student b’korsijiet li qed iwasslu għal degrees. Investiment qawwi fl-infrastruttura ġewwa l-Università speċjalment fl-oqsma tal-informatika, ix-xjenza u r-riċerka kif ukoll investiment fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Żvilupp ieħor importanti u sinifikanti kien il-qbil fuq livell Ewropew li l-kwalifiki maħruġa mill-istituzzjonijiet Maltin jaqblu mal-qafas Ewropew tal-kwalifiki, li jfisser li t-tagħlim offrut Malta se jkollu rikonoxximent u viżibilità aktar wiesgħa. |
| Madankollu, nemmen li l-edukazzjoni ma ssirx | biss f’ambjent formali. Huwa fatt magħruf minn kulħadd kemm hawn talenti, inizjattivi u attivitajiet Maltin barra s-sistema edukattiva ta’ livell għoli. Biżżejjed wieħed iżur l-istituzzjonijiet soċjali, reliġjużi, kulturali u tant għaqdiet oħra biex jintebaħ x’funzjoni edukattiva għandhom u kemm hawn talent. |
| Il-Gvern immexxi minni jemmen bis-sħiħ li dan | it-tagħlim li jseħħ f’ambjenti informali u mhux formali huwa ingredjent importanti fl-iżvilupp tal-persuna. L-edukazzjoni li wieħed jikseb f’dan l-ambjent hi parti mill-proċess ta’ tagħlim tul il-ħajja u li jkompli jsaħħaħ il-ħiliet u l-potenzjal tal-persuna. Irridu wkoll li din it-tip ta’ edukazzjoni tingħata għarfien formali biex b’hekk anke l-għaqdiet mhux governattivi jiksbu għarfien ogħla għal ħidmithom filwaqt li l-għerf u l-ħiliet li wieħed jikseb fil-volontarjat jissarraf f’rikonoxximent li jista’ jwassal għat-tagħlim formali. |
| Kien b’dan il-ħsieb li l-Gvern, permezz | tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki rriforma l-iSchool Leaving Certificate. Mis-sena d-dieħla, f’dan iċ-ċertifikat se jibdew jitniżżlu l-attivitajiet mhux formali u informali li t-tfal tagħna jiksbu permezz ta’ attivitajiet fil-parroċċa, fl-attivitajiet sportivi, soċjali u kulturali fost l-oħrajn. Dan il-pass mhux biss se jkun qed jirrikonoxxi t-tagħlim minn dawn l-attivitajiet imma wkoll se jkun qed jinkoraġġixxi aktar lit-tfal tagħna biex ikunu attivi fis-soċjetà tagħna. |
| Din il-Konferenza u l-proċess li se jibda | flimkien mar-riforma tal-iSchool Leaving Certificate se jwasslu għal żvilupp ta’ kultura fejn it-tagħlim kollu se jkun rikonoxxut. |
Sinjuri,
| Dan tassew huwa pass ieħor importanti fil-mixja | tagħna lejn it-titjib u l-eċċellenza fl-edukazzjoni. Mixja li mhux biss se tkun qed tpoġġi l-ħiliet u t-talenti ta’ kull individwu fiċ-ċentru imma se tkun qed issaħħaħ is-sistema edukattiva biex tixpruna l-iżvilupp ta’ pajjiżna. |
| Din ir-riforma se tkun għodda oħra biex tkompli | ssaħħaħ pajjiżna biex jilqa’ għall-isfidi u jaħtaf l-opportunitajiet li l-globalizzazzjoni se tkompli ġġib magħha. Il-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-ħaddiema Maltin se jkomplu jkunu fattur importanti fl-attrazzjoni ta’ investiment barrani lejn pajjiżna Din ir-riforma se tkompli ssaħħaħ dawn il-ħiliet bir-rikonoxximent tal-għarfien informali u mhux formali. |
| Għalhekk nitlob lil kull min se jipparteċipa | fil-konsultazzjoni speċjalment l-imsieħba soċjali biex jagħtu l-kontribut tagħhom biex din ir-riforma tkun tabilħaqq xprun għall-iżvilupp sħiħ tal-persuna u ingredjent importanti fit-tagħlim tul il-ħajja. |
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990