Left arrow Go Back

ATTIVITAJIET TAL-MILIED FL-ISPTAR MATER DEI

pr2165
Date Icon 15/12/2009

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, l-Onor. Joe Cassar, ilbieraħ nieda uffiċjalment l-attivitajiet tal-Milied fl-Isptar Mater Dei.  Dr. Cassar beda billi rringrazzja lill-kor tal-istudenti tal-Institute of Health Care tal-kant sabiħ b’innijiet tal-Milied li kienu qed jipprovdu.

Din is-sena l-pjanijiet għall-festeġġamenti tal-Milied bdew kmieni u allura ġie mwaqqaf MDH Christmas Committee bil-għan li:

·        Jorganizza numru ta’ attivitajiet xierqa għall-istaġun tal-Milied

·        Jikkoordina l-attivitajiet kollha

·        Jieħu ħsieb it-tiżjin tal-postijiet pubbliċi fl-isptar 

Il-membri tal-kumitat huma:

·        Richard Cassar

·        Josef Delicata

·        Gwen Gatt

·        Denis Grech

·        Claude Markham

·        Daphne Borg, li għenet ħafna fid-design work

Il-membri tal-kumitat ħadmu ħafna u ħadmubil-qalb, u rnexxielhom jorganizzaw programm estensiv ta’ attivitajiet, li jkopru kull ġurnata bejn l-14 ta’ Diċembru u t-30 ta’ Diċembru.
L-attivitajiet li ġew ippjanati għall-Miliedfl-isptar huma mmirati l-iktar lejn il-pazjenti, kemm dawk fis-swali u l-outpatients, iżda wkoll jistgħu jitgawdew mill-viżitaturi u l-impjegati.

L-attivitajiet jinkludu:

·     Quddies tal-okkażjoni fil-festi

·     Mużiċisti individwali, baned u orkestri, fosthom il-Mater Dei Music Ensemble, li se jagħtu kunċerti fis-swali u fil-Main Foyer

·     Kantanti u korijiet diversi li se jkantaw fis-swali, fil-Main Foyer u fil-kappella

·     Żjarat ta’ Father Christmas

·     Tqassim ta’ rigali lit-tfal fis-swali, mill-impjegati, minn organizzazzjonijiet u personalitajiet distinti

·     Diversi attivitajiet għat-tfal, bħal art sessions, face painting, story telling

·     Ġiet iddiżinjata kartolina tal-Milied mis-Sur Alex Dalli, infermier li jaħdem l-isptar, speċifikament biex titqassam lill-pazjenti li jkunu fl-isptar fil-Milied. 

Numru kbir ta’ persuni u organizzazzjonijiet qed jagħtu ħafna ħin u anki flus għall-benefiċċju tal-pazjenti li se jkunu l-isptar fi żmien il-Milied. B’hekk, nisperaw li l-pazjenti, viżitaturi u l-impjegati jipparteċipaw u jieħdu pjaċir bl-attivitajiet li ġew imħejjija għalihom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow