Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA F’KONFERENZA STAMPA DWAR IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

pr2160
Date Icon 14/12/2009
Il-President George Abelappresieda konferenza stampa fil-Palazz il-Belt Valletta, dwar il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund, fejn fost affarijiet oħra ppreżenta l-istatut tal-Malta Community Chest Fund  b’format ġdid, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Is-Sinjura Abela tkellmetdwar il-ħidma għal “L-Istrina” li issa ilha xhur li bdiet iżda din intensifikat ġmielha f’dawn l-aħħar ġimgħat.  Tħejjija għal dan l-avveniment tinvolvi diversi xogħlijiet u waqt din il-ħidma tiltaqa’ wkoll ma’ diversi stejjer li jagħtuk kuraġġ sabiex tissokta bil-ħidma, jew saħansitra żżid ukoll.  “Kienet ix-xewqa tagħna li bħala parti mit-tħejjija għal “L-Istrina” jiġu organizzati diversi attivitajiet sabiex, apparti milli jinġabru l-fondi għal għan nobbli, noffru wkoll opportunita` lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex jattendi flimkien mal-familja għal dawn l-attivitajiet.
Attività prinċipalikienet il-Fun Run fejn nieħu l-okkażjoni sabiex nirringrazzja lill-Poplu kollu tal-entużjażmu li wera għal din l-attività.  Kien jum ta’ emozzjoni kbira meta tara folla daqshekk kbira ta’ nies jimxu jew jiġru flimkien …. Kollha għal għan komuni” Hekk esprimiet is-Sinjura Abela waqt li kompliet titkellem  dwar l-esperjenza unika meta madwar gimagħtejn ilu hi u l-President Abela żaru l-pazjenti Maltin u Għawdxin li jinstabu l-Ingilterra sabiex jieħdu l-kura.  “Kienet mawra fejn il-pazjenti u l-qraba tagħhom tawna kuraġġ kbir… kuraġġ sabiex inkomplu bil-ħidma tagħna … dik li ngħinu lil ħutna li jinsabu  għaddejjin minn żmenijiet xejn faċli.   Għixna flimkien magħhom… fid-dar tas-sorijiet li ddedikaw ħajjithom  sabiex ikunu preżenti erbgħa u għoxrin siegħa għal dawn in-nies…..  Għixna flimkien għal ftit jiem, imma kienu biżżejjed sabiex inħossu u nifhmu ftit mill-weġgħat li jkunu għaddejjin minnhom dawn in-nies.” Is-sinjura Abela kompliet tesprimi li  l-ferħ li ġġib il-karita’ mal-proxxmu, li hi indeskrivibbli u tkun ferm isbaħ meta nagħtu u ma nistennew xejn, ħlief is-sodisfazzjon li rnexxielna nġibu tbissima fuq persuna li ilha ma tidħaq…  jew li nuru li dawk li jaħsbu li qegħdin waħedhom li hemm min qiegħed jaħseb fihom u li mhux qegħdin jaffaċċjaw il-maltemp. waħedhom..
Il-President George Abela tkellem dwar il-Brandingtal-Malta Community Chest Fund u wkoll li nħasset il-ħtieġa li tinkiteb kanzunetta fejn ġew avviċinati l-Prof. Joe Friggieri għal-lirika u Philip Vella għall-mużika. Għal din il-kanzunetta taw sehemhom kantanti li mill-1971 irrappreżentaw lil pajjiżna fil-Eurovision Song Festival. Il-kanzunetta bl-isem ta’ Dinja Gdida titkellem dwar ħolma ta’ dinja ġdida fejn m’hemmx faqar, fejn kulħadd jgħix flimkien, fejn ma nħarsux lejn il-kulur tal-ġilda.
Finalment il-President Abela ta spjegadettaljata ta’ kif ġew allokati l-flus  tal-Malta Community Chest Fund f’din l-aħħar sena (minn Jannar 2009 s’issa) fejn madwar 2,500 talba ġew għand il-Malta Community Chest Fund.
S’issa ġew approvati kważi700,000 ewro f’għajnuniet fejn f’mediċina u apparat speċjalizzat intefqu madwar 238,758 ewro. Spjega wkoll l-importanza li ngħinu lil dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli peress li membri tal-familja tagħhom ikunu qed jieħdu trattamenti barra minn Malta, f’dawn intefqu madwar 240,000 ewro.
Finalment il-President Abela kkonkluda b’appelllejn min se jikkontribwixxi għall-Istrina sabiex ikun ġeneruż. Għadda messaġġ lin-neguzjanti biex dawn ukoll ikunu ġenerużi fid-donazzjoni tagħhom għax f’każijiet ta’ mard ma teżistix ir-riċessjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow