JIĠI ĊĊELEBRAT JUM IL-MUNXAR
pr2158
14/12/2009
| Il-Kunsill Lokali tal-Munxar fi tmiem il-ġimgħa | fakkar Jum il-Munxar. F’din l-okkażjoni organizza attività biex jiċċelebra dan il-jum bil-parteċipazzjoni ta’ diversi organizazzjonijiet lokali. Għal din iċ-ċelebrazzjoni kienu preżenti l-Ministru għal Għawdex l-Onor Giovanna Debono u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said. |
| F’din is-serata ħadu sehem il-korijiet | tal-Munxar flimkien ma’ għadd ta’ żgħażagħ mil-lokal. Il-mistiedna speċjali kienu l-Chorus Urbanus u l-kantanti żgħar Francesca u Michaela li rrapreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest. Waħda minn dawn il-kantanti hija propju mill-Munxar. Fl-istess okkażjoni ngħata wkoll il-premju “Gieħ il-Munxar” mis-Sindku Joseph Sultana lil Emanuel Spiteri. |
| L-Onor Giovanna Debono fl-indirizz tagħhafissret kif jum | il-lokalità jpoġġi l-ħidma tal-Kunsilli Lokali u għaqdiet oħrajn fil-perspettiva. Din il-ħidma tirrifletti f’ġid għal-lokalitajiet rispettivi iżda fuq kollox tissarraf ukoll f’ġid għas-soċjetà Għawdxija. Hija faħħret l-inizjattiva meħuda mill-Kunsill Lokali tal-Munxar filwaqt li fakkret kif il-Ministeru għal Għawdex minn dejjem kien ta’ sostenn għall-Kunsilli Lokali Għawdxin kollha sa mill-bidu tat-twaqqif tagħhom. |
| Fil-messaġġ tiegħu, l-Onor Chris Said faħħar | l-ezempju tal-Kunsill tal-Munxar li qed jaħdem id f’id mal-għaqdiet lokali, minn dawk sportivi sa dawk reliġjużi. Chris Said semma wkoll il-fatt li l-Kunsill Lokali tal-Munxar hu ferm attiv biex iġib fondi addizzjonali mill-allokazzjoni li tingħatalu biex ikun jista’ jahdem aktar; infatti bbenefika mill-iskema għall-attivitajiet tal-Kunsilli Lokali biex tella’ “Eku mill-Munxar” b’ suċċess fl-2009 u se jieħu iktar fondi għall-2010 biex itella’ attività simili. Il-Kunsill bbenefika wkoll minn €40,000 biex isiru xogħlijiet fix-Xlendi mill-iskema għal lokalitajiet bi bżonnijiet partikulari, u ħa wkoll €10,000 euro biex jinstalla pannelli foto-voltajici fi playing field ġdida li qed tinbena. Dan kollu juri l-impenn tal-Kunsill biex ikompli jsaħħaħ il-lokalità tiegħu, stqarr Chris Said. |
| Chris Said faħħar ukoll lil Emanuel Spiteri li | rebaħ “Gieħ il-Munxar” għad-dedikazzjoni tiegħu favur il-lokalità. Is-Segretarju Parlamentari stqarr li l-Kunsilli lokali jagħmlu tajjeb li jirrikonoxxu nies li jaħdmu fis-skiet għall-ġid tal-komunità għax mill-ħidma tagħhom igawdu r-residenti kollha. |
| Is-Sindku Joseph Sultana filwaqt li ta’ ħarsa | lejn il-hidma tal-Kunsill matul din is-sena, stqarr li din kienet sena impenjattiva ħafna u elenka n-numru ta’ proġetti li qed jaħdem fuqhom il-Kunsill Lokali, kif ukoll semma dawk li qed jippjana l-Kunsill ghas-snin li gejjin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990