PROĠETT IEĦOR B’RISQ AKTAR AĊĊESSIBILTÀ U EDUKAZZJONI INKLUŻIVA F’GĦAWDEX
pr2157
14/12/2009
| Ġie inawgurat lift ġdid fl-iskola | sekondarja tal-bniet tal-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat Għawdex. Dan il-lift ser jippermetti aċċessibiltà għall-klassijiet u faċilitajiet kollha f’din l-iskola li bħalissa tilqa’ aktar minn mitejn studenta li qed jattendu forms 1 sa 5 f’din li hi waħda miż-żewġ skejjel sekondarji tal-knisja f’Għawdex. |
| Għal din l-okkażjoni ġie organizzat programm ta’ | attivitajiet li għalih attendew, fost l-oħrajn, is-Sinjura Margaret Abela, l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu u Konsultazzjoni Pubblika, l-Onor Chris Said u l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. Minbarra diskorsi ta’ l-okkażjoni ngħataw wirjiet ta’ kant u żfin minn studenti, fosthom wheelchair dance routine minn studenta li tattendi din l-iskola. |
| Il-proġett tal-lift ġdid fl-iskola | sekondarja wassal biex issa l-klassijiet u l-faċilitajiet f’din l-iskola, huma aċċessibbli f’kull livell, inkluż dawk fl-iskola primarja li tagħmel parti mill-kumpless tal-Konservatorju tal-Isqof. Il-Kap ta’ l-iskola, is-Sinjorina Rita Sultana spjegat kif dan il-proġett kien wieħed bżonnjuż biex l-iskola tkun tista’ taqdi l-funzjoni tagħha għal edukazzjoni inklużiva. Hija qalet li dan il-proġett iddependa mill-ġenerożità ta’ ħafna mill-ġenituri u minkejja li saru xi donazzjonijiet, fosthom donazzjoni mill-Malta Community Chest Fund, xorta għad fadal ammont sostanzjali x’jinġabar biex ikopri l-ispejjeż relatati miegħu. |
| Il-lift ġie nawgurat mis-Sinjura Margaret | Abela u wara ġie mbierek mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, li wara żaru l-faċilitajiet tal-iskola flimkien mal-Onor. Giovanna Debono u l-Onor. Chris Said. Il-Ministru għal Għawdex faħħret l-inizjattiva meħuda minn din l-iskola li permezz tal-ħidma tagħha qiegħda tikkontribwixxi fil-qasam edukattiv f’Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990