INAWGURAZZJONI TAL-PRESEPJU MALTI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA FIL-BERGA TA’ KASTILJA
pr2152
12/12/2009
” F’dawn il-jiem ta’ festi mill-Berġa ta’ Kastilja, il-membri ta’ din is-soċjeta’, permezz tal-Presepju, se jkunu qed iwasslu rakkont viżiv tal-ġrajja tal-Milied u tal-fidi li ġabilna San Pawl, 1950 sena ilu u li matul is-sena d-dieħla se nkunu qed infakkru biż-żjara tal-Papa Bendittu XVI f’Malta”
| Dan | qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt l-Inawgurazzjoni tal-Presepju tas-Socjeta tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) fil-Berga ta’ Kastilja. |
| Din hija t-tielet sena li fil-Berga ta’ Kastilja | qed jintrama u jigi esebit Presepju minn xi organizazzjoni religjuza. Fl-2007 f’Kastilja kien esebit il-Presepju Naplitan ta’ Dun Edgar Vella. Fl-2008, il-Presepju maghmul minn affarijiet riciklati tas-Sorijiet tal-Monasteru ta’ Sant’ Ursola, u din is-sena il-Presepju Malti tas-Socjeta tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M). |
| Il-Presepju Malti kien ħafna drabi ikun presepju | tal-karti, zgħir biex jitqiegħed fuq mejda jew gradenza għal żmien il-Milied. Dak kien il-presepju li kont issibu f’bosta djar billi ma kienx iqum bosta biex tagħmlu jew biex tixtri l-pasturi tat-tafal għalih. |
| Fost | il-karatteristiċi tal-presepju Malti nsibu għar kbir għall-grotta tal-Bambin u għerien zgħar għal annimali, il-mitħna, pont, bir, ħawt, forn, xtiebi, siġar tal-palm, bebbux daqs nitfa u l-użu tal-brillantina. Fost il-pasturi Maltin nsibu x-xabbatur, l-għageb tal-presepju, l-għannejja, taż-żaqq u tat-tanbur, ir-ragħaj, wieħed jagħżaq, is-sajjied, ir-rieqed, il-kaċċatur, tad-dqiq, l-adoratur, ix-xrik u nisa jġorru affarijiet differenti f’idejhom jew fuq rashom. |
| Il-Presepju armat f’Kastilja inhadem minn Paul | Piscopo, Membru tas-Socjeta tad-Duttrina Nisranija. Uhud mill-Pasturi tat-tafal li jinsabu fil-Presepju ghandhom il’ fuq minn hamsin sena. |
| Il-Presepju ser ikun miftuh ghall-pubbliku bejn | it-13 ta’ Dicembru 2009 u l-10 ta’ Jannar 2010 f’dawn il-hinijiet : |
| Mit-Tnejn | sal-Gimgha – 4.00pm – 8.00pm |
| Is-Sibt u | l-Hadd – 9.00am – 12.00pm u 4.00pm - 8.00pm |
Il-Gimgha 25 ta’ Dicembru - 9.00am – 12.00pm
Il-Gimgha 1 ta’ Jannar – 10.00am – 12.00pm
Fl-14, l-15 u l-21 ta’ Dicembru il-Presepju mhux ser ikun miftuh ghall-pubbliku.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990