Left arrow Go Back

INAWGURAZZJONI TAL-PRESEPJU MALTI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA FIL-BERGA TA’ KASTILJA

pr2152
Date Icon 12/12/2009

” F’dawn il-jiem ta’ festi mill-Berġa ta’ Kastilja, il-membri ta’ din is-soċjeta’, permezz tal-Presepju, se jkunu qed iwasslu rakkont viżiv tal-ġrajja tal-Milied u tal-fidi li ġabilna San Pawl, 1950 sena ilu u li matul is-sena d-dieħla se nkunu qed infakkru biż-żjara tal-Papa Bendittu XVI f’Malta”

Danqalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt l-Inawgurazzjoni tal-Presepju tas-Socjeta tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) fil-Berga ta’ Kastilja.
Din hija t-tielet sena li fil-Berga ta’ Kastiljaqed jintrama u jigi esebit Presepju minn xi organizazzjoni religjuza. Fl-2007 f’Kastilja kien esebit il-Presepju Naplitan ta’ Dun Edgar Vella. Fl-2008, il-Presepju maghmul minn affarijiet riciklati tas-Sorijiet tal-Monasteru ta’ Sant’ Ursola, u din is-sena il-Presepju Malti tas-Socjeta tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M).
Il-Presepju Malti kien ħafna drabi ikun presepjutal-karti, zgħir biex jitqiegħed fuq mejda jew gradenza għal żmien il-Milied. Dak kien il-presepju li kont issibu f’bosta djar billi ma kienx iqum bosta biex tagħmlu jew biex tixtri l-pasturi tat-tafal għalih.
Fostil-karatteristiċi tal-presepju Malti nsibu għar kbir għall-grotta tal-Bambin u għerien zgħar għal annimali, il-mitħna, pont, bir, ħawt, forn, xtiebi, siġar tal-palm, bebbux daqs nitfa u l-użu tal-brillantina. Fost il-pasturi Maltin nsibu x-xabbatur, l-għageb tal-presepju, l-għannejja, taż-żaqq u tat-tanbur, ir-ragħaj, wieħed jagħżaq, is-sajjied, ir-rieqed, il-kaċċatur, tad-dqiq, l-adoratur, ix-xrik u nisa jġorru affarijiet differenti f’idejhom jew fuq rashom.
Il-Presepju armat f’Kastilja inhadem minn PaulPiscopo, Membru tas-Socjeta tad-Duttrina Nisranija. Uhud mill-Pasturi tat-tafal li jinsabu fil-Presepju ghandhom il’ fuq minn hamsin sena.
Il-Presepju ser ikun miftuh ghall-pubbliku bejnit-13 ta’ Dicembru 2009 u l-10 ta’ Jannar 2010 f’dawn il-hinijiet :
Mit-Tnejnsal-Gimgha – 4.00pm – 8.00pm
Is-Sibt ul-Hadd – 9.00am – 12.00pm   u     4.00pm -    8.00pm

Il-Gimgha 25 ta’ Dicembru  - 9.00am – 12.00pm

Il-Gimgha   1 ta’ Jannar – 10.00am – 12.00pm

Fl-14, l-15 u l-21 ta’ Dicembru il-Presepju mhux ser ikun miftuh ghall-pubbliku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow