Left arrow Go Back

Betlehem f’Għajnsielem - benniena għal bosta tfal Għawdxin u Maltin

pr2151
Date Icon 12/12/2009
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdexingħaqdet ma’ gruppi ta’ tfal mill-iskejjel minn madwar Malta u Għawdex meta żaret l-attrazzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem. Din l-attrazzjoni qed tiġi mtellgħa fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Passi, fejn madwar 20 tomna raba’ inbidlu fi presepju ħaj b’atmosfera unika tal-Milied. Għal din l-attività kienet mistiedna wkoll Ms Carmen Zammit, Kummissarju għat-Tfal.
Għexieren ta’ studenti ġejjin minn diversiskejjel primarji fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex, mill-iskejjel primarji u sekondarji tal-knisja f’Għawdex kif ukoll minn skejjel primarji Maltin, kellhom l-opportunità li jidħlu aktar fl-atmosfera tal-Milied. Dan l-ambjent Miliedi nħoloq għat-tieni sena konsekuttiva mill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, b’kollaborazzjoni ma’ l-għaqdiet kollha tar-raħal u bil-parteċipazzjoni ta’ għadd kbir ta’ voluntiera, tfal u żgħażagħ.
Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debonodaret l-inħawi flimkien mal-Kummissarju tat-Tfal, Ms Carmen Zammit u s-Sindku ta’ Għajnsielem, is-Sur Francis Cauchi.  Fost xeni li huma ta’ attrazzjoni partikolari setgħu jaraw il-ħwienet tal-mastrudaxxa u tal-ħaddied, il-furnar, is-suq tal-ħaxix u l-frott, it-taverna, u l-għelieqi tar-rgħajja bl-annimali. Ma jistax jonqos li l-attrazzjoni ewlenija f’dan il-villaġġ tal-Milied hija l-grotta fejn twieled Ġesù Bambin.
Betlehemf’Għajnsielem kienet ġiet inawgurata mill-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi, nhar il-Ħadd 6 ta’ Diċembru. L-attivitajiet ser jibqgħu miftuħin sal-Ħadd 3 ta’ Jannar 2009. Filwaqt li l-villaġġ tal-Milied qed jinfetaħ kuljum, l-attivitajiet animati bil-parteċipazzjoni ta’ 150 attur, qed jinżammu fi tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi: is-Sibtijiet mill-4.30 p.m. sad-9.00 p.m. filwaqt li l-Ħdud u l-festi pubbliċi mis-2.00 p.m. sas-7.00 p.m.
Bħas-sena l-oħra, dan il-villaġġ tal-Miliedmistenni jiġbed numru ta’ viżitaturi Għawdxin kif ukoll Maltin u turisti li għal dawn iż-żminijiet ta’ festi jagħżlu li jaqsmu l-fliegu u jqattgħu xi jiem fil-gżira ta’ Għawdex.

Aktar informazzjoni dwar Betlehem f’Għajnsielem tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.ghajnsielem.com/bethlehem.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow