STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMMUNIKAZZJONI
pr2150
12/12/2009
| L-OPPOŻIZZJONI TRID LI L-PROĠETTI BŻONNJUŻI MA | JSIRUX |
| L-Oppożizzjoni għandha ħsieb wieħed, dak li | tfixkel kull proġett li qed jaħdem fuqu l-Gvern. |
| Dan jidher | ċar fil-mod kif il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qed ikompli joħloq dubji biex il-proċessi jitwalu u b’hekk itellef il-ħin lill-Gvern milli jwettaq il-proġetti bżonjużi għall-pajjiż. Hekk qed jagħmel fil-każ tal-powerstation il-ġdida f’Delimara. |
| Kulħadd | jaqbel li din hi bżonjuża biex sa l-2012 tingħalaq dik tal-Marsa, iżda l-Oppożizzjoni tinsa l-ġid komuni u tirsisti biss biex tfixkel fl-iżvilupp ta’ pajjiżna. |
| Il-Kap ta’ | l-Oppożizzjoni Joseph Muscat, meta kien qed jitkellem fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista qal li ta xi informazzjoni ġdida lill-Awditur Ġenerali. Informazzjoni li skont hu titfa’ dell fuq il-kumpanija Ġermaniża Lehmayer li kienet involuta fil-proċess ta’ l-għoti tal-kuntratt tal-powerstation il-ġdida. |
| Il-kumpanija Lehmayer kienet biss involuta biss | biex tivverifika jekk dak li qalu l-erba’ offerenti fil-proposti tagħhom dwar l-exhaust gas cleaning kienx realistiku jew le. Dan ma jfissirx li l-kumpanija Lehmayer kellha xi deċiżjoni finali fil-proċess ta’ l-għażla. |
| Għalhekk | jidher ċar li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qed jipprova jkompli jħawwar l-istorja tiegħu, u qed jinsa li għandu responsabbiltà akbar, dik tal-ġid komuni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990