Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMMUNIKAZZJONI

pr2150
Date Icon 12/12/2009
L-OPPOŻIZZJONI TRID LI L-PROĠETTI BŻONNJUŻI MAJSIRUX
L-Oppożizzjoni għandha ħsieb wieħed, dak litfixkel kull proġett li qed jaħdem fuqu l-Gvern.
Dan jidherċar fil-mod kif il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qed ikompli joħloq dubji biex il-proċessi jitwalu u b’hekk itellef il-ħin lill-Gvern milli jwettaq il-proġetti bżonjużi għall-pajjiż. Hekk qed jagħmel fil-każ tal-powerstation il-ġdida f’Delimara.
Kulħaddjaqbel li din hi bżonjuża biex sa l-2012 tingħalaq dik tal-Marsa, iżda l-Oppożizzjoni tinsa l-ġid komuni u tirsisti biss biex tfixkel fl-iżvilupp ta’ pajjiżna.
Il-Kap ta’l-Oppożizzjoni Joseph Muscat, meta kien qed jitkellem fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista qal li ta xi informazzjoni ġdida lill-Awditur Ġenerali. Informazzjoni li skont hu titfa’ dell fuq il-kumpanija Ġermaniża Lehmayer li kienet involuta fil-proċess ta’ l-għoti tal-kuntratt tal-powerstation il-ġdida.
Il-kumpanija Lehmayer kienet biss involuta bissbiex tivverifika jekk dak li qalu l-erba’ offerenti fil-proposti tagħhom dwar l-exhaust gas cleaning kienx realistiku jew le. Dan ma jfissirx li l-kumpanija Lehmayer kellha xi deċiżjoni finali fil-proċess ta’ l-għażla.
Għalhekkjidher ċar li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qed jipprova jkompli jħawwar l-istorja tiegħu, u qed jinsa li għandu responsabbiltà akbar, dik tal-ġid komuni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow